LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/05 pp. 3-6
  • Agħmel Skeda Prattika għall-Familja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħmel Skeda Prattika għall-Familja
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Skeda tal-Familja—L-Iskrittura tal-Jum
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ibni Ħajtek Madwar is-Servizz taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kif il-Membri tal-Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ —Fl-Istudju tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Iżżommx Lura —Kif Tlaħħaq maʼ Skeda Mimlija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 5/05 pp. 3-6

Agħmel Skeda Prattika għall-​Familja

1 Fil-​Priedka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù ħeġġeġ lis-​semmiegħa tiegħu: “Mela, ibqgħu fittxu l-​ewwel is-​saltna u s-​sewwa tiegħu.” (Mt. 6:33) Mod prattiku kif tippjana l-​attivitajiet tal-​familja sabiex l-​affarijiet spiritwali jingħataw prijorità hu billi jkollok skeda miktuba. Ħu ftit minuti biex tagħmel l-​iskeda tal-​familja tiegħek għal matul il-​ġimgħa billi tuża l-​iskeda vojta f’paġna 6 taʼ dan l-​insert. Bħala proġett tal-​familja, xi wħud għandhom mnejn ikunu jixtiequ jwaħħlu maʼ l-​iskeda karta bl-​informazzjoni li se jistudjaw. Oħrajn forsi jippreferu jniżżlu bil-​miktub dawn l-​attivitajiet fl-​iskeda.

2 L-​iskeda t’hawn taħt li tqiegħdet bħala eżempju tistaʼ tgħinek biex tagħmel l-​iskeda tiegħek. Innota li din tinkludi erbaʼ attivitajiet bażiċi: (1) l-​attendenza għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, (2) is-​servizz taʼ l-​għalqa bħala familja, (3) l-​istudju tal-​familja, u (4) id-​diskussjoni taʼ l-​iskrittura tal-​jum. Jekk tinkludihom fl-​iskeda tiegħek se tkun tistaʼ ‘taċċerta ruħek minn dak li hu iktar importanti.’ (Flp. 1:​10) Hemm iktar suġġerimenti dwar dawn l-​erbaʼ affarijiet f’paġni 4-5.

3 L-​iskeda tal-​familja tiegħek m’għandhiex għalfejn tkun limitata għal dawk l-​erbaʼ attivitajiet biss. Jekk tippreparaw għal ċerti laqgħat bħala familja, agħmel nota taʼ dan fuq l-​iskeda tiegħek. Jekk taqraw porzjon mill-​Bibbja flimkien wara li taqraw l-​iskrittura tal-​jum jew tagħmlu dan f’xi ħin ieħor, agħmel nota taʼ dan ukoll. Jekk ġeneralment tieħdu sehem f’xi tip taʼ rikreazzjoni bħala familja, tistaʼ jekk trid tniżżel dan ukoll fl-​iskeda tiegħek.

4 Addatta l-​iskeda tal-​familja tiegħek biex tilħaq il-​bżonnijiet u ċ-​ċirkustanzi taʼ kull membru tal-​familja. Kultant żmien ara kif intom sejrin, u agħmel aġġustamenti skond il-​bżonn.

[Tabella f’paġna 3]

Eżempju taʼ Skeda tal-​Familja

Fil-​Għodu Wara Nofsinhar Fil-​Għaxija

Il-​Ħadd Skrittura tal-​Jum

Taħdita Pubblika u Studju

tat-​Torri taʼ l-​Għassa

It-​Tnejn Skrittura tal-​Jum Studju tal-​Familja

It-​Tlieta Skrittura tal-​Jum Studju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni

L-​Erbgħa Skrittura tal-​Jum

Il-​Ħamis Skrittura tal-​Jum Skola tal-​ Ministeru

Teokratiku u Laqgħa tas-​Servizz

Il-​Ġimgħa Skrittura tal-​Jum

Is-​Sibt Skrittura tal-​Jum

Servizz taʼ l-​Għalqa

Bħala Familja (Ġurnata

tar-​Rivisti)

[Tabella f’paġna 6]

Skeda tal-​Familja

Għall-​formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja