Skeda tal-Familja—L-Iskrittura tal-Jum
1 Ġenituri kollhom imħabba jagħmlu ħafna sforz biex kuljum jipprovdu ikel sustanzjuż għal uliedhom. Imma li jipprovdulhom nutriment spiritwali mill-Kelma t’Alla huwa saħansitra iktar importanti. (Mt. 4:4) Mod wieħed kif tistaʼ tgħin lil uliedek jiżviluppaw aptit spiritwali li jagħti s-saħħa u ‘jikbru għas-salvazzjoni’ huwa billi jkun hemm ħin biex bħala familja tikkunsidraw l-iskrittura tal-jum u l-kummenti. (1 Pt. 2:2) Dan meta tistaʼ tinkludih fl-iskeda tal-familja tiegħek?
2 Fil-Ħin taʼ l-Ikel: Meta tibda l-ġurnata tiegħek b’diskussjoni taʼ l-iskrittura tal-jum mal-familja tiegħek se tkun tistaʼ tgħinha żżomm lil Ġeħova f’moħħha matul il-ġurnata. (Salm 16:8) Waħda omm għamlitha mira li taqra u tiddiskuti l-iskrittura tal-jum u l-kummenti mat-tifel tagħha waqt li jkun qed jieħu l-kolazzjon, u tgħid talba miegħu qabel imur l-iskola. Dan kien isaħħu biex jieħu waqfa u ma jagħmilx kompromess meta jiffaċċja n-nazzjonaliżmu u tentazzjonijiet immorali. Għenu wkoll biex jagħti xiehda bil-kuraġġ kemm lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema. Għalkemm hu kien l-uniku Xhud fl-iskola, qatt ma ħassu waħdu.
3 Jekk m’huwiex prattiku li l-iskrittura tal-jum tiġi diskussa fil-għodu, dan jistaʼ jsir bħala familja iktar tard matul il-jum, forsi waqt l-ikla taʼ fil-għaxija. F’dan il-ħin, xi wħud jiddiskutu wkoll l-esperjenzi li jkollhom fil-ministeru taʼ l-għalqa u punti li għoġbuhom mill-qari persunali tal-Bibbja. Ħafna huma dawk li jiftakru f’dawn l-okkażjonijiet waqt l-ikel bħala li kienu fost l-iktar mumenti taʼ ferħ li l-familja qattgħet flimkien.
4 Fil-Għaxija: Għal xi familji, l-aħjar ħin biex jikkunsidraw l-iskrittura tal-jum huwa qabel ma jmorru jorqdu fil-għaxija. Din tistaʼ wkoll tkun okkażjoni tajba biex jitolbu flimkien. Hekk kif it-tfal jisimgħuk titkellem dwar Ġeħova u titolbu, hu jsir persuna reali għalihom.
5 Jalla Ġeħova jbierek l-isforzi tiegħek biex tnaqqax il-verità f’uliedek hekk kif tagħmel użu tajjeb mill-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum.