Ikkultiva l-Interess Permezz taʼ Rotta bir-Rivisti
1. Kif nistgħu nużaw rotta bir-rivisti biex nikkultivaw l-interess?
1 Ħafna nies li niltaqgħu magħhom fil-ministeru jilqgħu ż-żjajjar tagħna u b’ferħ jaċċettaw il-letteratura tagħna imma joqogħdu lura milli jaċċettaw studju tal-Bibbja regulari. Mod wieħed kif nikkultivaw l-interess tagħhom hu permezz taʼ rotta bir-rivisti. Meta tħalli xi rivisti, ħu nota taʼ l-isem u l-indirizz tal-persuna, id-data taż-żjara, il-ħarġiet li ħadet, u l-iskrittura li ddiskutejtu, kif ukoll kwalunkwe ħaġa li nnotajt li tistaʼ tindika l-interessi tal-persuna. Kull darba li jaslu l-ħarġiet ġodda tar-rivisti, fittex punti li se jinteressaw lil dawk fir-rotta tiegħek, u iġbed l-attenzjoni lejhom meta tagħmel iż-żjara. (1 Kor. 9:19-23) Maż-żmien, xi ħaġa li jaqraw fir-rivisti tagħna tistaʼ tqanqal l-interess tagħhom u ġġagħalhom ikunu jridu jitgħallmu iżjed.
2. Għala huwa urġenti li n-nies ifittxu lil Ġeħova issa, u x’nistgħu nagħmlu iktar biex ngħinuhom?
2 Però, aħna nafu li l-maġġuranza min-nies mhux se jsiru qaddejja taʼ Ġeħova sempliċement għax jaqraw ir-rivisti. Ladarba hu urġenti li n-nies ifittxu lil Ġeħova issa, x’nistgħu nagħmlu iktar biex ngħinuhom? (Sof. 2:2, 3; Riv. 14:6, 7) Nistgħu nikkultivaw l-interess tagħhom billi naqsmu magħhom skrittura magħżula bir-reqqa kull darba li niħdulhom ir-rivisti.
3. (a) Kif nistgħu nippreparaw serje taʼ diskussjonijiet bi skrittura waħda? (b) Liema suġġetti huma l-iktar taʼ interess għan-nies fit-territorju tiegħek?
3 Diskussjonijiet bi Skrittura Waħda: Aħseb dwar dawk li tiħdilhom ir-rivisti, u ipprepara serje taʼ diskussjonijiet bi skrittura waħda għall-bżonnijiet speċifiċi taʼ kull persuna. (Flp. 2:4) Per eżempju, jekk xi ħadd reċentement tilef lil xi maħbub fil-mewt, forsi tistaʼ tagħmel diversi żjajjar lura biex tiddiskuti dak li tgħid il-Bibbja dwar il-kundizzjoni tal-mejtin u t-tama taʼ l-irxoxt. Materjal fil-ktieb Reasoning taħt is-suġġett prinċipali “Death” (Mewt) u “Resurrection” (Irxoxt) jistaʼ jintuża biex tipprepara dawn id-diskussjonijiet bi skrittura waħda. Diskussjonijiet oħra dwar suġġetti relatati, bħal kif il-mard, ix-xjuħija, u l-mewt se jispiċċaw għalkollox, imbagħad forsi jiġu b’mod naturali. Iċ-ċavetta hi li ssib suġġett li hu taʼ interess għall-individwu u pass pass turih dak li tgħid il-Bibbja dwaru.
4. Għala huwa importanti li ngħinu lil oħrajn jifhmu meta nużaw l-Iskrittura, u dan kif nistgħu nagħmluh?
4 Għinhom Jifhmu: Għalkemm ġeneralment huwa aħjar li żżomm dawn id-diskussjonijiet sempliċi u qosra, hemm bżonn iktar milli sempliċement taqra l-iskrittura li tkun għażilt. Satana għema l-imħuħ tan-nies biex ma jifhmux l-aħbar tajba. (2 Kor. 4:3, 4) Anki dawk li huma familjari mal-Bibbja għandhom bżonn għajnuna biex jifhmuha. (Atti 8:30, 31) Għalhekk, ħu l-ħin biex tispjega l-vers u tagħti tixbiha, bħalma tagħmel f’taħdita fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. (Atti 17:3) Kun żgur li l-individwu jara l-valur prattiku tal-Kelma t’Alla fil-ħajja tiegħu stess.
5. Żjara taʼ rotta bir-rivisti kif tistaʼ ssir studju tal-Bibbja?
5 Jekk l-individwu jieħu gost b’dak li qed jitgħallem, ibda tawwal id-diskussjonijiet bil-mod il-mod billi żżid żewġ skritturi jew tlieta mill-Bibbja f’kull żjara. Fittex opportunità biex tintroduċi l-browxer X’Jirrikjedi jew il-ktieb Għarfien. B’dan il-mod, żjara taʼ rotta bir-rivisti tistaʼ eventwalment issir studju tal-Bibbja.