LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/05 p. 4
  • Nilħqu Kemm Jistaʼ Jkun Nies

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nilħqu Kemm Jistaʼ Jkun Nies
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Proklamaturi tas-Saltna Attivi fl-Art Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • ‘Agħmel Kollox Minħabba l-Aħbar Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Jehovah Jħejji t-Triq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 7/05 p. 4

Nilħqu Kemm Jistaʼ Jkun Nies

1. Il-​Kristjani tal-​bidu x’għamlu biex jilħqu kemm jistaʼ jkun nies bl-​aħbar tajba?

1 Is-​segwaċi tal-​bidu li kellu Ġesù kienu ħerqanin biex isibu modi kif ixerrdu l-​messaġġ tas-​Saltna. Ħadu passi prattiċi biex iwasslu l-​aħbar tajba lil kemm jistaʼ jkun nies. Il-​Kristjani li kitbu b’ispirazzjoni fil-​Bibbja użaw il-​Grieg komuni, il-​lingwa internazzjonali taʼ l-​Imperu Ruman. Iktar minn hekk, il-​predikaturi żelużi, mit-​tieni u t-​tielet seklu E.K. ’l quddiem, probabbilment kienu minn taʼ l-​ewwel li użaw il-​manuskritt forma taʼ ktieb, li kien iktar faċli biex jintuża mir-​romblu sabiex wieħed ifittex ir-​referenzi.

2, 3. (a) Isaija 60:16 kif qed jitwettaq fi żmienna? (b) It-​teknoloġija kif qed tintuża biex il-​qima pura tkompli tixtered?

2 L-​Użu tat-​Teknoloġija: Permezz tal-​profeta Isaija, Ġeħova bassar: “Bħal tarbija terdaʼ ħalib il-​ġnus.” (Is. 60:16) Fit-​twettiq modern taʼ din il-​profezija, il-​qaddejja taʼ Ġeħova qed jużaw riżorsi prezzjużi mill-​ġnus biex imexxu ’l quddiem ix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Per eżempju, fl-​1914, snin qabel ma l-​films bil-​kliem irnexxew b’mod kummerċjali, l-​Istudenti tal-​Bibbja bdew juru l-​“Photo-Drama of Creation.” Dan il-​film, li kien twil tmien sigħat, kien fih ukoll preżentazzjoni taʼ slajds bil-​kulur u bis-​sawnd. Miljuni taʼ nies ħadu xiehda qawwija permezz tiegħu.

3 Illum, in-​nies t’Alla jużaw magni taʼ l-​istampar li jgħaġġlu ferm u għodda li taħdem bil-​kompjuters sabiex jippubblikaw Bibbji u letteratura Biblika b’mijiet taʼ lingwi. Il-​mezzi taʼ trasport iwasslu malajr il-​letteratura Biblika lejn postijiet ’il bogħod fid-​dinja, u jilħqu nies f’235 pajjiż. Permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu, Ġeħova qanqal lill-​qaddejja tiegħu biex jużaw din it-​teknoloġija b’mod prattiku, u b’hekk iwasslu l-​verità tal-​Bibbja lil ħafna iktar nies minn qatt qabel fl-​istorja.

4. Xi wħud liema aġġustamenti għamlu f’ħajjithom sabiex jilħqu iktar nies bl-​aħbar tajba?

4 Aġġustamenti Persunali: Uħud li huma aduraturi veri tqanqlu wkoll biex jagħmlu aġġustamenti persunali sabiex jilħqu iktar nies bl-​aħbar tajba. Ħafna ssimplifikaw ħajjithom sabiex ikollhom sehem akbar fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Xi wħud marru jaqdu fejn il-​bżonn taʼ proklamaturi tas-​Saltna hu akbar. Oħrajn kabbru l-​ministeru tagħhom billi tgħallmu lingwa barranija.

5, 6. X’jistaʼ jsir sabiex nilħqu kemm jistaʼ jkun nies fit-​territorju lokali?

5 Iktar minn hekk, nistgħu nilħqu iktar nies bl-​aħbar tajba billi nippridkaw meta n-​nies ikunu d-​dar u fejn nistgħu nsibuhom. Jekk in-​nies spiss ma jkunux id-​dar matul il-​ġurnata fit-​territorju tiegħek, tistaʼ int tirranġa l-​iskeda biex tagħti xiehda kmieni fil-​għaxija? Hemm postijiet pubbliċi fejn tistaʼ tagħti xiehda? Ipprovajt tagħti xiehda bit-​telefon u taħdem it-​territorju tan-​negozju? Tfittex opportunitajiet biex tagħti xiehda informali?

6 Kemm aħna privileġġati li nieħdu sehem fix-​xiehda kbira li qed tingħata dwar isem Ġeħova u Saltnatu! Jalla nkomplu naqsmu l-​verità mill-​Kelma t’Alla, li tagħti l-​ħajja, maʼ kemm jistaʼ jkun nies.—Mt. 28:​19, 20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja