‘Agħmel Kollox Minħabba l-Aħbar Tajba’
1. Predikatur tas-Saltna x’inhu lest li jagħmel għal oħrajn, u għala?
1 L-appostlu Pawlu ħass obbligu persunali biex jiddikjara l-aħbar tajba lil oħrajn. (1 Kor. 9:16, 19, 23) B’mod simili, it-tħassib tagħna għall-benesseri etern tan-nies iqanqalna biex noħorġu barra minn triqitna ħalli naqsmu l-aħbar tajba magħhom.
2. Meta nippridkaw, liema aġġustamenti aħna lesti li nagħmlu, u għala?
2 Ippriedka Fejn u Meta Tistaʼ Ssib in-Nies: Sajjied tajjeb ma jitfax ix-xlief tal-qasba jew ix-xibka fejn u meta jkun konvenjenti għalih, imma fejn u meta x’aktarx li jkun hemm il-ħut. Aħna wkoll, bħala “sajjieda tal-bnedmin,” forsi jkollna bżonn nagħmlu xi aġġustamenti persunali sabiex insibu n-nies fit-territorju tagħna, u għalhekk ingawdu iktar bis-sħiħ il-privileġġ li niġbru “ħut taʼ kull xorta.” (Mt. 4:19; 13:47) Nistgħu nużaw il-ħin kmieni fil-għaxija biex nikkuntattjaw lin-nies fi djarhom jew kmieni fil-għodu biex nagħtu xiehda fit-toroq? Il-mira taʼ Pawlu kienet li ‘jagħti xiehda bir-reqqa dwar l-aħbar tajba,’ u hu ħa vantaġġ minn opportunitajiet adattati biex jagħmel dan.—Atti 17:17; 20:20, 24.
3, 4. Waqt li nkunu fil-ministeru, b’liema modi nistgħu nadattaw ruħna, u b’liema riżultati?
3 Adatta l-Preżentazzjoni Tiegħek Skond in-Nies fit-Territorju: Is-sajjieda spiss jaġġustaw il-metodi tagħhom sabiex jaqbdu tip taʼ ħut partikulari. Kif nistgħu nippreżentaw l-aħbar tajba tas-Saltna b’mod li jiġbed lin-nies fit-territorju tagħna? Bit-tattika, irridu nintroduċu suġġett li jkun jinteressa lin-nies b’mod ġenerali u mbagħad nisimgħu bir-reqqa dak li għandhom x’jgħidu dwar is-suġġett. (Ġk. 1:19) Forsi nistaqsu xi ħaġa li titlob l-opinjoni tagħhom biex naraw x’jaħsbu. (Prov. 20:5) B’dan il-mod, se nkunu nistgħu nadattaw il-preżentazzjoni tagħna taʼ l-aħbar tajba b’mod li jolqot lil ħajjithom personalment. Pawlu sar “kollox għal nies taʼ kull xorta.” (1 Kor. 9:22) Huwa fundamentali li nadattaw ruħna biex nilħqu l-qlub tan-nies.
4 Kemm iġibilna ferħ li naqsmu man-nies l-“aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar”! (Is. 52:7) Jalla nagħmlu “kollox minħabba l-aħbar tajba” sabiex nilħqu lil kemm jistaʼ jkun nies.—1 Kor. 9:23.