LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/06 p. 8
  • Tistaʼ Tadatta l-Iskeda Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tadatta l-Iskeda Tiegħek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tieħu Sehem fl-Għoti taʼ Xhieda Filgħaxijiet?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Ipprovajt Int L-Għoti Taʼ Xiehda Fil-Għaxija?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Infittxu lil Min Jixraqlu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Uża l-ħin tiegħek bl-aħjar mod fil-ministeru
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 4/06 p. 8

Tistaʼ Tadatta l-​Iskeda Tiegħek?

1. Għala għandna nadattaw l-​iskeda tagħna għall-​ippridkar?

1 Bħala Kristjani veri, aħna aċċettajna l-​istedina biex inkunu “sajjieda tal-​bnedmin.” (Mt. 4:​19) Bħas-​sajjieda letterali, x’aktarx li jkollna riżultati aħjar fix-​xogħol taʼ li nistadu għall-​bnedmin jekk nagħmlu skeda biex nippridkaw meta n-​nies ikunu d-​dar. F’diversi pajjiżi, ix-​xhur li ġejjin se jġibu magħhom ġranet itwal, u għalhekk iktar imdawlin. Fit-​tard wara nofsinhar u kmieni fil-​għaxija għandna nsibu iktar nies id-​dar. Spiss, huma jkunu iktar rilassati, u b’hekk ikunu iktar lesti biex jirċievu xi viżitaturi. Tistaʼ tadatta l-​iskeda tiegħek biex tippriedka f’dawn il-​ħinijiet?​—1 Kor. 9:​23.

2. X’inhuma xi modi li bihom nistgħu nilħqu iktar nies bl-​aħbar tajba?

2 Għoti taʼ Xiehda fil-​Għaxija: Forsi nkunu nistgħu nilħqu iktar nies bl-​aħbar tajba meta nippjanaw bil-​quddiem biex nagħtu xiehda kmieni fil-​għaxija. (Prov. 21:5) Iż-​żgħażagħ forsi jistgħu jippridkaw wara l-​iskola. Oħrajn jistgħu jagħmlu dan wara x-​xogħol. Xi gruppi taʼ l-​istudju tal-​ktieb jistgħu jirranġaw biex jippridkaw għal xi siegħa, qabel l-​istudju taʼ kull ġimgħa.

3. B’liema modi tistaʼ tippriedka tard wara nofsinhar u kmieni fil-​għaxija fit-​territorju tiegħek?

3 Meta nippridkaw minn dar għal dar fit-​tard wara nofsinhar u kmieni fil-​għaxija jistaʼ jirriżulta f’li nitkellmu maʼ wħud li normalment ma jkunux id-​dar. F’ħafna territorji, ix-​xogħol fit-​toroq u forom oħra taʼ ppridkar pubbliku jistgħu wkoll isiru fil-​għaxija. Ħafna jsibu li fil-​għaxija jkun l-​aħjar ħin biex jagħmlu ż-​żjajjar lura u jibdew studji tal-​Bibbja.

4. Għala huwa importanti li tuża d-​dixxerniment u turi konsiderazzjoni meta tieħu sehem f’għoti taʼ xiehda fil-​għaxija?

4 Hemm Bżonn id-​Dixxerniment: Għandna bżonn nuru l-​għaqal meta nieħdu sehem fl-​għoti taʼ xiehda fil-​għaxija. Normalment, ikun aħjar jekk nillimitaw l-​għoti taʼ xiehda tagħna kmieni fil-​għaxija milli mmorru għand l-​inkwilini meta huma jkunu qed jaħsbu biex imorru jorqdu. (Flp. 4:5) Meta tħabbat il-​bieb, ħu ħsieb li toqgħod fejn jistgħu jarawk, u b’mod li jinftiehem identifika lilek innifsek. Iddumx biex tgħidilhom għala qed iżżurhom. Jekk iż-​żjara tiegħek tkun f’ħin skomdu, bħal per eżempju waqt li l-​familja tkun qed tiekol, offri li tmur lura darb’oħra. Dejjem uri konsiderazzjoni.​—Mt. 7:12.

5. Kif nistgħu aħna nevitaw sitwazzjonijiet perikolużi meta nkunu qed nippridkaw?

5 Aħna għandna bżonn ukoll li nkunu konxji taʼ xi sitwazzjonijiet perikolużi. Jekk int tkun qed tagħti xiehda fil-​għaxija jew meta jkun dalam, ikun għaqli li tkun maʼ xi ħadd ieħor jew fi gruppi. Ara li tkunu f’postijiet imdawla u mhux iżolati. Agħti xiehda biss fejn tħossok fis-​sigurtà. Evita postijiet li jistgħu jkunu taʼ periklu wara li jidlam.​—Prov. 22:3.

6. Liema benefiċċji oħrajn hemm meta nieħdu sehem f’xiehda tard wara nofsinhar jew kmieni fil-​għaxija?

6 L-​għoti taʼ xiehda tard wara nofsinhar u kmieni fil-​għaxija jistaʼ jagħtina l-​opportunità biex naħdmu fis-​servizz mal-​pijunieri awżiljarji u regulari. (Rum. 1:​12) Tistaʼ int tadatta l-​iskeda tiegħek biex tieħu sehem f’dan l-​aspett tas-​servizz?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja