LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/06 p. 1
  • Qalbenin, Madankollu Paċifiċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qalbenin, Madankollu Paċifiċi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • “Żommu l-Paċi mal-Bnedmin Kollha”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Huwa Prattiku li Nkunu Paċifiċi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • ‘Fittex il-Paċi u Sus Warajha’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Din l-Aħbar Tajba tas-Saltna Nippridkaw
    Għannu Tifħir lil Jehovah
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 11/06 p. 1

Qalbenin, Madankollu Paċifiċi

1 Ħafna nies li nippridkawlhom jesprimu twemmin sinċier li jmur kontra l-​verità tal-​Bibbja. Għalkemm irridu nippridkaw bil-​qlubija, aħna nixtiequ wkoll ‘inżommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha’ u nevitaw li noffenduhom għalxejn. (Rum. 12:18; Atti 4:​29) Kif nistgħu nkunu kuraġġużi, u madankollu paċifiċi, hekk kif nippreżentaw il-​messaġġ tas-​Saltna?

2 Sib Aspetti li Taqblu Dwarhom: Individwu li jżomm il-​paċi jevita l-​argumenti. Jekk joqgħod jisfida għalxejn it-​twemmin li jkun għal qalb l-​inkwilin żgur li mhux se jgħinu jaċċetta l-​messaġġ. Jekk jgħid xi ħaġa li tkun żbaljata, forsi bit-​tattika kollha nistgħu nintroduċu punt li nistgħu naqblu dwaru. Billi nenfasizzaw dak li naqblu dwaru, għandu mnejn inkunu nistgħu nneħħulu kwalunkwe sentiment negattiv u nilħqulu qalbu.

3 Jekk ma nikkoreġux il-​ħarsa żbaljata taʼ l-​inkwilin, inkunu aħna qed nagħmlu kompromess jew naħbu l-​verità? Le. L-​inkarigu tagħna bħala ministri Kristjani m’huwiex li mmeru kwalunkwe ħarsa żbaljata li niffaċċjaw, imma li nippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. (Mt. 24:14) Minflok ma niħduha bi kbira minħabba l-​ħarsa żbaljata li jesprimi l-​inkwilin, aħna nistgħu nħarsu lejha bħala opportunità biex insiru nafu kif jaħsibha l-​individwu.​—Prov. 16:23.

4 Nittrattaw bid-​Dinjità: Ikun hemm drabi meta rridu nuru qlubija u kuraġġ meta nipprovdu evidenza li ċertu tagħlim huwa falz. Madankollu, bħala wħud li nżommu l-​paċi, aħna noqogħdu lura milli nirridikolaw lin-​nies kif ukoll milli nużaw termini li jnaqqsu d-​dinjità taʼ dawk li jemmnu u jgħallmu tagħlim żbaljat. Attitudni superjuri se tbiegħed lin-​nies, imma attitudni umli u taʼ qalb tajba tiftaħ il-​moħħ taʼ min iħobb il-​verità. Meta nuru rispett għas-​semmiegħa tagħna u t-​twemmin tagħhom se nittrattawhom bid-​dinjità, u b’hekk nagħmluhielhom iktar faċli biex jaċċettaw il-​messaġġ tagħna.

5 L-​appostlu Pawlu kkunsidra t-​twemmin taʼ dawk li kien jippridkalhom u għamel kulma setaʼ biex jippreżenta l-​aħbar tajba b’tali mod li jmissilhom qalbhom. (Atti 17:​22-​31) Hu minn jeddu sar minn “kollox għal nies taʼ kull xorta.” (1 Kor. 9:​22) Aħna nagħmlu l-​istess billi nżommu l-​paċi hekk kif nippridkaw l-​aħbar tajba bil-​kuraġġ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja