LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/06 p. 6
  • Spirtu Volontarju Jġib il-Barkiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Spirtu Volontarju Jġib il-Barkiet
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • “Ħa Nagħmlu l-Ġid maʼ Kulħadd”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għin fi Proġetti taʼ Bini Teokratiku
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Bini Tas-Swali Tas-Saltna Fil-Britannja U F’Malta
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Tistaʼ Tagħti mill-Ħin u l-Enerġija Tiegħek?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 12/06 p. 6

Spirtu Volontarju Jġib il-​Barkiet

1. David u Neħemija kif urew spirtu volontarju?

1 Meta Gulija beda jgħajjar lill-​qtajjaʼ taʼ Iżrael, kulmin ried mis-​suldati kollha setaʼ joffri lilu nnifsu biex jiġġilidlu. Imma kien ragħaj żagħżugħ u li ma kienx imħarreġ għall-​gwerra li offra li jiġġilidlu. (1 Sam. 17:32) Meta l-​eżiljati Lhud marru lura Ġerusalemm, imma naqsu li jerġgħu jibnu s-​swar, kien il-​kuppier tas-​sultan tal-​Persja li offra li jħalli l-​pożizzjoni taʼ privileġġ li kellu fil-​palazz u jivvjaġġa lejn Ġerusalemm biex jorganizza x-​xogħol. (Neħ. 2:5) Ġeħova berikhom lil dawn iż-​żewġt irġiel, David u Neħemija, għall-​ispirtu li wrew.—1 Sam. 17:​45, 50; Neħ. 6:​15, 16.

2. Il-Kristjani għala għandhom juru spirtu volontarju?

2 Illum, fid-​dinja ma tantx hawn spirtu volontarju. F’dawn l-​“aħħar jiem,” in-​nies huma mħabbtin ħafna, u ħafna “jħobbu lilhom infushom.” (2 Tim. 3:​1, 2) Huwa faċli għal dak li jkun li tant jintilef wara l-​interessi persunali tiegħu li jinjora opportunitajiet biex joffri l-​għajnuna tiegħu meta xi wħud ikollhom bżonn. Madankollu, bħala Kristjani, aħna nixtiequ nimitaw lil Ġesù, li ħa l-​inizjattiva biex jgħin lil oħrajn. (Ġw. 5:​5-9; 13:​12-​15; 1 Pt. 2:​21) Kif nistgħu nuru spirtu volontarju, u liema barkiet nistgħu nirċievu?

3. L-ispirtu volontarju kif jistaʼ jkun t’għajnuna fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni?

3 Għal Ħutna: Aħna nistgħu nagħtu ‘għotjiet spiritwali’ lil oħrajn billi noffru li nikkummentaw meta jkun hemm taħditiet fil-​laqgħa li jirrikjedu l-​parteċipazzjoni mill-​udjenza. (Rum. 1:​11) Meta nikkummentaw inkunu qed nonoraw lil Ġeħova, innaqqxu l-​verità iktar fis-​sod f’moħħna u f’qalbna, u l-​laqgħat isiru iktar pjaċevoli għalina. (Salm 26:12) Nistgħu noffru wkoll li nagħtu taħditiet fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku meta jkun hemm bżonn taʼ sostitut. Dan se jgħinna ntejbu l-​abbiltajiet tagħna biex ngħallmu.

4. B’liema modi oħra nistgħu nuru spirtu volontarju?

4 L-​aħwa rġiel jistgħu juru spirtu volontarju billi jirsistu biex ikollhom responsabbiltajiet fil-​kongregazzjoni. (Is. 32:2; 1 Tim. 3:1) Ilkoll nistgħu ngħinu biex fl-​assembleat u l-​konvenzjonijiet imur kollox ħarir meta noffru li naħdmu fid-​diversi dipartimenti li hemm. Meta noffru li naħdmu maʼ l-​indokratur li jivvjaġġa fil-​ministeru jew nipprovdulu xi ikla, dan iwassal biex “ninkuraġġixxu lil xulxin.” (Rum. 1:​12) Meta noffru li nipprovdu għajnuna prattika lill-​iltiema, ir-​romol, dawk li huma morda u neqsin minn saħħithom, ommijiet bi tfal żgħar, u oħrajn fil-​kongregazzjoni, aħna nesperjenzaw il-​ferħ u l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova.​—Prov. 19:17; Atti 20:35.

5. Liema kwistjonijiet li jinvolvu s-​Sala tas-​Saltna jeħtieġu volontieri li joffru ruħhom mill-​qalb?

5 Mod ieħor kif nistgħu noffru l-​ħin u l-​isforzi tagħna hu billi nnaddfu u ngħinu fil-​manutenzjoni tas-​Sala tas-​Saltna. Barra minn hekk, minħabba li ħafna nies qed jidħlu fil-​verità, hemm bżonn li dejjem jikber għal Swali tas-​Saltna ġodda u għal volontieri biex jibnuhom. Koppja waħda għamlu lilhom infushom disponibbli sabiex jgħinu lill-​Kumitat Reġjonali tal-​Bini tal-​lokal avolja l-​koppja ma kellhomx xi sengħa fil-​bini. Maż-​żmien, il-​koppja ġew imħarrġin u issa qed jgħinu biex ipoġġu l-​briks. Il-​mara kkummentat: “Il-​fatt li naħdmu m’oħrajn irriżulta fi ħbiberiji tassew mill-​qrib. Fl-​aħħar tal-​ġurnata aħna nkunu għajjenin fiżikament, imma spiritwalment inkunu rifreskati.”

6. Il-ministeru għala huwa l-​iktar xogħol volontarju importanti li nistgħu nagħmlu?

6 Bl-​Ippridkar: L-​iktar xogħol volontarju importanti li nistgħu nagħmlu llum hu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. Hekk kif in-​nies jiġu megħjunin biex jifhmu u japplikaw il-​pariri tal-​Bibbja, huma jiksbu skop fil-​ħajja u s-​saħħa biex jegħlbu vizzji li jagħmlu l-​ħsara. Huma jitgħallmu dwar it-​tama inkuraġġanti li l-​Bibbja toffri dwar il-​futur. Billi nipprovdu edukazzjoni Biblika, aħna nkunu qed nagħmlu servizz volontarju bil-​ferħ li jġib benefiċċji dejjiema. (Ġw. 17:3; 1 Tim. 4:​16) Forsi ċ-​ċirkustanzi tagħna għandhom mnejn jippermettu li jkollna sehem iktar sħiħ f’dan ix-​xogħol billi naqdu bħala pijunieri awżiljarji jew regulari, billi mmorru naqdu fejn il-​bżonn hu akbar, jew billi nitgħallmu lingwa oħra.

7. L-ispirtu volontarju għala huwa importanti b’mod speċjali llum?

7 Is-​Sultan David ipprofetizza li l-​poplu t’Alla kien se ‘joffri lil nnifsu’ fiż-​żmien li l-​Messija kien se jibda l-​ħakma tiegħu. (Salm 110:​3, NW) Minħabba li Ġeħova se jgħaġġel il-​ħsad spiritwali finali, hemm ħafna xogħol li għalih nistgħu noffru lilna nfusna bħala volontieri. (Is. 60:22) Għedt int: “Hawn jien: ibgħat lili”? (Is. 6:8) Tabilħaqq, billi nuru spirtu volontarju, aħna nkunu qed nogħġbu lil Ġeħova u naħsdu barkiet kbar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja