LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/07 p. 1
  • Aħna Ngħożżu l-Privileġġi Tagħna!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Ngħożżu l-Privileġġi Tagħna!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Tixxennaq Int Biex Taqdi Iżjed bis-Sħiħ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Għożż il-privileġġ tiegħek li taħdem ma’ Ġeħova!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Kont Taqdi Qabel? Tistaʼ Terġaʼ Taqdi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ittra mingħand il-​Ġemgħa li Tiggverna
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 8/07 p. 1

Aħna Ngħożżu l-​Privileġġi Tagħna!

1 Matul l-​eżistenza tal-​bniedem, Ġeħova ta lill-​qaddejja tiegħu ħafna tipi taʼ privileġġi. Hu ta privileġġi kemm lill-​irġiel u kemm lin-​nisa, minkejja l-​età tagħhom, jew l-​istat tagħhom. (Lq. 1:​41, 42; Atti 7:​46; Flp. 1:​29) Liema privileġġi jagħtina llum?

2 Xi Ftit mill-​Privileġġi Tagħna: Aħna għandna l-​privileġġ li niġu mgħallmin minn Ġeħova. (Mt. 13:​11, 15) Privileġġ ieħor li ngħożżu hu li nfaħħru lil Ġeħova bil-​kummenti tagħna matul il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Salm 35:18) Meta jkollna opportunitajiet biex nikkummentaw, aħna nagħmlu dan bl-​entużjażmu. B’mod simili, jekk inqisu kull inkarigu fil-​kongregazzjoni bħala unur, aħna se nwettquh bl-​aqwa abbiltà li għandna. Nieħdu aħna sehem b’mod regulari fil-​privileġġ taʼ li nżommu s-​Sala tas-​Saltna nadifa u f’kundizzjoni tajba?

3 Għalkemm miljuni taʼ nies jiddubitaw jekk it-​talb tagħhom jinstemax minn Alla, aħna ngawdu l-​privileġġ li talbna jinstemaʼ mill-​iktar Persunaġġ importanti fl-​univers. (Prov. 15:29) Ġeħova jagħti widen personalment għat-​talb tal-​qaddejja tiegħu. (1 Pt. 3:​12) Hu ma jpoġġi l-​ebda limitu dwar kemm-il darba nistgħu navviċinawh. X’rigal għażiż għandna, li nistgħu nitolbu “f’kull okkażjoni”!​—Efes. 6:​18.

4 “Ħaddiema Sħab m’Alla”: Wieħed mill-​aqwa privileġġi li għandna hu li nipproklamaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla bħala “ħaddiema sħab m’Alla.” (1 Kor. 3:9) Huwa xogħol li jġibilna sodisfazzjon u serħan. (Ġw. 4:​34) Ġeħova m’għandux bżonn li juża l-​bnedmin biex iwettaq dan ix-​xogħol, imma hu tana dan l-​inkarigu għax iħobbna. (Lq. 19:​39, 40) Meta għamel dan, Ġeħova ma tax dan il-​privileġġ lil kulħadd kif ġie ġie. Dawk li jieħdu sehem fil-​ministeru pubbliku jridu jilħqu u jżommu maʼ ċerti kwalifiki spiritwali. (Is. 52:11) Nuru aħna li ngħożżu dan il-​privileġġ billi nagħmlu l-​ministeru parti importanti mir-​rutina tagħna taʼ kull ġimgħa?

5 Il-​privileġġi mingħand Ġeħova jġibulna sodisfazzjon fil-​ħajja. (Prov. 10:22) Qatt m’għandna nqisuhom bħala li huma insinifikanti! Jekk nuru li tassew ngħożżu l-​privileġġi tagħna taʼ servizz, aħna nkunu qed nogħġbu lil Missierna tas-​sema, id-​Donatur taʼ “kull għotja tajba u kull rigal perfett.”​—Ġak. 1:​17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja