Matul Novembru Se Noffru Ħarġa Speċjali taʼ l-Awake!
1 Ħafna nies għandhom mistoqsijiet sinċieri dwar il-valur tal-Bibbja. Jekk kitbuha n-nies, kif tistaʼ tissejjaħ il-Kelma t’Alla? Għala għandi nafda l-Bibbja biex tidderiġili l-passi tiegħi? Jekk naqra u nistudja l-Bibbja, liema benefiċċji se nikseb mill-ħin u l-isforz kollu li nkun investejt? Liema traduzzjoni tal-Bibbja għandi nuża? Dawn huma ftit mill-mistoqsijiet li jiġu mweġbin fil-ħarġa speċjali taʼ l-Awake! taʼ Novembru intitolata “Can You Trust the Bible?” (Tistaʼ Tafdaha l-Bibbja?).
2 Aħna se nqassmu din il-ħarġa speċjali taʼ l-Awake! fit-territorju tagħna b’mod estensiv. Jekk ikun possibbli, ħu sehem fil-ministeru minn dar għal dar mal-kongregazzjoni kull nhar taʼ Sibt matul ix-xahar taʼ Novembru. Uri din il-ħarġa taʼ l-Awake! lill-qraba, lill-ġirien, lil sħabek tax-xogħol, lill-għalliema, lil sħabek taʼ l-iskola, u liż-żjajjar lura tiegħek. Ġorr xi kopji miegħek meta tmur tixtri jew meta tkun qed tivvjaġġa. L-anzjani ordnaw xi kopji żejda sabiex il-kongregazzjoni jkollha provvista biżżejjed.
3 Ibda Studju tal-Bibbja: Jekk tħalli r-rivista, tistaʼ tħejji l-pedament għal studju tal-Bibbja qabel ma tikkonkludi l-konversazzjoni tiegħek. Per eżempju, tistaʼ tgħid, “Darb’oħra, nixtieq nurik it-tweġiba mill-Bibbja għal din il-mistoqsija, ‘X’inhu l-iskop t’Alla għall-art?’” Imbagħad, mur lura bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? u uri lill-inkwilin paġni 4-5, jew ikkunsidra paragrafi 1-3 taʼ kapitlu 3. Inkella tistaʼ tgħid, “Darb’oħra, nixtieq niddiskuti profezija Biblika li qed titwettaq proprju bħalissa.” Meta tmur lura, uri lill-inkwilin kapitlu 9 tal-ktieb u ddiskuti miegħu paragrafi 1-3. Jew tistaʼ sempliċement tgħid lill-inkwilin: “Ħafna jsibuha diffiċli biex jifhmu dak li jaqraw mill-Bibbja. Darb’oħra, nixtieq nurik kif tistaʼ tifhem il-Bibbja tiegħek aħjar.” Fiż-żjara lura, introduċi l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?, u uri kif isir studju.
4 Il-Bibbja biss fiha “l-kitba qaddisa,” li kapaċi tagħmilna ‘għorrief għas-salvazzjoni.’ (2 Tim. 3:15) Għalhekk, ilkoll kemm aħna se nkunu rridu nieħdu sehem żeluż f’li nqassmu din il-ħarġa speċjali taʼ l-Awake! biex ngħinu lin-nies jiżviluppaw fiduċja fil-Bibbja!