Ħarġa Speċjali taʼ l-Awake! Se Tiġi Offruta f’Settembru
1 Kważi kulħadd jieħu gost bl-għana taʼ l-għasafar jew bid-dehra tax-xemx nieżla. Però, ħafna ma jirrikonoxxux li kien Missier tas-sema kollu mħabba li ħalaq dawn l-affarijiet. Aħna se jkollna opportunità unika biex nixhdu li Ġeħova hu l-Ħallieq billi nqassmu ħarġa speċjali taʼ l-Awake! (Is. 40:28; 43:10) Mill-bidu sa l-aħħar, il-ħarġa taʼ Settembru titkellem dwar is-suġġett “Is There a Creator?” (“Jeżisti Ħallieq?”).
2 Fit-Territorju: Jekk inhu possibbli agħmel arranġamenti biex tieħu sehem fil-ministeru minn dar għal dar mal-kongregazzjoni kull nhar taʼ Sibt. M’għandniex xi ngħidu, tistaʼ toffri l-ħarġa speċjali f’ħinijiet oħrajn matul il-ġimgħa. L-għalliema u oħrajn li jaħdmu fil-qasam taʼ l-edukazzjoni għandhom ikunu partikolarment interessati f’din il-ħarġa. Għalhekk, jistgħu jsiru arranġamenti speċjali biex isiru żjajjar lil uħud bħal dawn li jinsabu fit-territorju tiegħek.
3 Jekk jintwera interess, ħalli lill-persuna b’mistoqsija li tkun tistaʼ twiġbilha fiż-żjara li jmiss. Per eżempju, tistaʼ tqajjem mistoqsija dwar għala Ħallieq kollu mħabba jippermetti li jkun hawn daqstant tbatija. Imbagħad, fiż-żjara lura, tistaʼ turi kapitlu 1 jew kapitlu 11 tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Jew tistaʼ tagħżel li tqajjem mistoqsija dwar l-iskop tal-Ħallieq għall-art u mbagħad tikkunsidra kapitlu 3 meta tmur lura.
4 Fl-Iskola: Jekk int tmur l-iskola, għala ma tippreżentax l-Awake! speċjali bħala rigal lill-għalliema tiegħek jew lil studenti sħabek? Jekk sempliċement tħalli kopja fuq il-mejda tiegħek, ħaddieħor jistaʼ jitqanqal jistaqsik dwar it-twemmin tagħna. X’aktarx li se jkollok opportunitajiet biex tuża l-informazzjoni mir-rivista meta tiddefendi l-fidi tiegħek f’diskussjonijiet mal-klassi u meta tħejji xi komponiment. Biex tgħinek, din il-ħarġa fiha artiklu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu” bit-titlu “How Can I Defend My Belief in Creation?” (“Kif Nistaʼ Niddefendi t-Twemmin Tiegħi fil-Ħolqien?”).
5 Ġeħova jistħoqqlu unur u glorja għal dak li ħalaq. (Riv. 4:11) Aħna nistgħu nonoraw lill-Ħallieq tagħna u ngħinu lil oħrajn jagħmlu dan billi bl-entużjażmu kollu noffrulhom il-ħarġa taʼ l-Awake! taʼ Settembru.