Agħmilha l-Mira Tiegħek li Tikkonduċi Studju tal-Bibbja
1 “Erfgħu għajnejkom u ħarsu lejn l-għelieqi, kif inhuma bojod għall-ħsad.” (Ġw. 4:35) Dan il-kliem li qal Ġesù Kristu jaqbel eżatt mas-sitwazzjoni li l-ministri Kristjani qed jiffaċċjaw illum.
2 Nies taʼ qalb sinċiera li jixtiequ jiġu mgħallmin it-triqat taʼ Ġeħova għadhom jinstabu. Dan hu evidenti mill-ammont taʼ dixxipli ġodda li qed jitgħammdu kull sena. Jekk int interessat ġenwinament li tikkonduċi studju tal-Bibbja, x’tistaʼ tagħmel?
3 Agħmel Mira: L-ewwel, agħmel mira biex tibda u tikkonduċi studju tal-Bibbja regulari. Żomm din il-mira f’moħħok waqt li tieħu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa. Ladarba l-inkarigu Kristjan tagħna jinvolvi t-tagħlim, flimkien maʼ l-ippridkar, ilkoll kemm aħna għandna nfittxu iktar opportunitajiet fix-xogħol taʼ l-istudji tal-Bibbja.—Mt. 24:14; 28:19, 20.
4 Punti Oħrajn li Għandek Iżżomm f’Moħħok: Talb bil-ħerqa huwa ħtieġa għall-pubblikaturi tas-Saltna. Kultant aħna nsibu nies li jkunu talbu għall-għajnuna spiritwali. X’barka tkun dik li tiġi użat minn Ġeħova biex issib u tgħallem lil dawn l-uħud!—Ħag. 2:7; Atti 10:1, 2.
5 Waħda oħt talbet għal studju tal-Bibbja, imbagħad fuq il-post tax-xogħol poġġiet fejn jidhru xi kopji tal-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? Meta waħda mara ħadet fuljett, qratu, u bdiet timla l-kupun, l-oħt marret tkellimha u rnexxielha tibda studju tal-Bibbja.
6 Sħabna l-pubblikaturi li huma effettivi biex jibdew u jikkonduċu studju tal-Bibbja jistgħu jgħinuk tilħaq il-mira tiegħek biex tibda studju tal-Bibbja. Itlob lil Alla sabiex ibierek l-isforzi tiegħek li tibda studju tal-Bibbja, u aħtaf kull opportunità mill-għajnuna li hemm disponibbli ħalli tilħaq din il-mira. Min jaf, forsi dalwaqt se tesperjenza l-ferħ li jiġi meta tikkonduċi studju tal-Bibbja.