LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/08 p. 8
  • Farraġ lill-Imnikktin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Farraġ lill-Imnikktin
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Konsolazzjoni Mingħand “Dak Alla tal-Faraġ Kollu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • “Ibku maʼ min jibki”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Farrġu lill-Imnikktin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Meta Xi Ħadd li Tħobb Imut
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 4/08 p. 8

Farraġ lill-​Imnikktin

1. Min mietlu xi ħadd għala għandu bżonn il-​faraġ?

1 It-​telfa taʼ xi ħadd maħbub fil-​mewt hi esperjenza trawmatika, b’mod speċjali għal dawk li m’għandhomx it-​tama tas-​Saltna. (1 Tess. 4:13) Ħafna spiss jistaqsu: ‘In-​nies għala jmutu? Fejn imorru? Qatt se nerġaʼ nara lill-​persuna maħbuba tiegħi?’ Hawn taħt hawn xi suġġerimenti biex infarrġu lil dawk li niltaqgħu magħhom fis-​servizz taʼ l-​għalqa u li jinsabu mnikktin minħabba l-​mewt taʼ xi qarib jew ħabib.—Is. 61:2.

2. Jekk inkwilin jgħidilna li hu mnikket, għandna dejjem nipprovaw nagħtuh xiehda fit-​tul?

2 Minn Bieb għal Bieb: Inkwilin jistaʼ jgħidilna li għadu kif miet xi ħadd fil-​familja tiegħu. Jidher hu mnikket emozzjonalment? Hi d-​dar mimlija bi qraba mnikktin? F’każi bħal dawn, forsi jkun l-​aħjar li ma nagħtuhx xiehda fit-​tul. (Koħ. 3:1, 7) Forsi nkunu nistgħu nesprimu s-​simpatija tagħna, nagħtuh fuljett, rivista, jew browxer adattat, u nitilqu bil-​pulit. Imbagħad inkunu nistgħu mmorru lura fi żmien iktar xieraq biex naqsmu miegħu iktar faraġ mill-​Bibbja.

3. Jekk jippermettu ċ-​ċirkustanzi, liema skritturi nistgħu nuruh lil inkwilin li jkun imnikket?

3 F’okkażjonijiet oħrajn forsi nindunaw li nistgħu nitħaddtu iktar fit-​tul fl-​ewwel żjara. Għalkemm dan ma jkunx iż-​żmien li nuruhom li l-​ideat tagħhom huma żbaljati, forsi nkunu nistgħu naqraw magħhom il-​wegħdi tal-​Bibbja rigward l-​irxoxt. (Ġw. 5:28, 29) Jew nistgħu naqsmu magħhom dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin. (Koħ. 9:5, 10) Nistgħu wkoll nużaw rakkont Bibliku dwar irxoxt biex infarrġuhom. (Ġw. 11:39-44) Għażla oħra tistaʼ tkun li tikkunsidra l-​kliem taʼ tama f’Ġeħova li qal il-​leali Ġob. (Ġob 14:14, 15) Qabel nitilqu, nistgħu noffru l-​browxer X’Jiġrilna Meta Mmutu?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, jew browxer jew fuljett ieħor li jkun adattat. Jew nistgħu nħallu l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, niġbdu l-​attenzjoni lejn l-​informazzjoni li hemm f’kapitlu 6, u nagħmlu appuntament biex niddiskutu s-​suġġett iktar fid-​dettall meta mmorru lura.

4. Liema okkażjonijiet oħrajn għandna biex nagħtu l-​faraġ?

4 F’Okkażjonijiet Oħrajn: Jekk ikun qed isir xi funeral fis-​Sala tas-​Saltna, hemm xi wħud li m’humiex Xhieda taʼ Ġeħova? Letteratura li tfarraġhom tistaʼ tintgħamel disponibbli għalihom. Xi postijiet fejn jippreparaw il-​mejtin għad-​difna apprezzaw il-​fatt li kellhom disponibbli xi letteratura adattata għall-​familji li tilfu lil xi ħadd fil-​mewt. Xi drabi, avviżi dwar funerali li dehru fil-​gazzetta fetħu t-​triq biex jinkitbu ittri qosra taʼ faraġ lill-​membri tal-​familja tal-​mejjet. F’każ partikulari, wara li rċivew ittra b’xi fuljetti, armel u bintu marru d-​dar tal-​pubblikatur u staqsewh: “Intom dawk li bgħattuli din l-​ittra? Għax nixtieq inkun naf iktar dwar il-​Bibbja!” Ir-​raġel u bintu qablu li jibdew studju tal-​Bibbja u bdew jattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni.

5. Għala għandna nfittxu opportunitajiet biex infarrġu lil dawk li tilfu lil xi ħadd fil-​mewt?

5 Koħèlet 7:2 jgħid: “Aħjar tmur f’dar il-​vistu milli f’dar fejn hemm festa.” Normalment, il-​persuna f’dar il-​vistu tkun iktar lesta li tismaʼ l-​Kelma t’Alla milli dawk li moħħhom biss biex jiddevertu. Ilkoll kemm aħna għandna nfittxu opportunitajiet xierqa biex infarrġu lil dawk li huma mnikktin minħabba li tilfu fil-​mewt lil xi ħadd maħbub.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja