X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Ott.-Diċ.
“Kwistjonijiet ambjentali serji qed iġiegħlu lil ħafna jkunu pessimisti dwar il-futur tad-dinja. Kif tħossok dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 37:11.] Din ir-rivista tenfasizza xi raġunijiet Skritturali għala nistgħu nkunu ottimisti.”
Stenbaħ! Ott.-Diċ.
“Il-miżżewġin qegħdin taħt pressjoni li dejjem tiżdied, u ħafna żwiġijiet qed jispiċċaw f’divorzju. Taħseb li min isegwi dan il-parir se jiġi megħjun biex ikollu żwieġ taʼ suċċess? [Aqra Proverbji 12:18. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti prinċipji Bibliċi oħrajn li jistgħu jgħinu lill-miżżewġin biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom.”