LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/10 p. 2
  • Ix-Xogħol tal-Akbar Importanza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xogħol tal-Akbar Importanza
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Tistaʼ Tgħallem lin-Nies Isiru Dixxipli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Ipprietka b’Żelu bħal Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Għandna Bżonn Inżommu ż-Żelu Tagħna fil-Ministeru
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Ngħarrfu l-Isem Divin
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 3/10 p. 2

Ix-​Xogħol tal-​Akbar Importanza

1. L-​apprezzament profond tagħna għall-​ministeru se jġegħelna nagħmlu liema sagrifiċċji?

1 Għala niġu inkuraġġiti regolarment biex nagħtu mill-​ħin, mill-​enerġija, u mir-​riżorsi tagħna fil-​ministeru? Għax ebda xogħol m’għandu valur akbar! Jekk nirriflettu fuq l-​effetti estensivi tiegħu, ix-​xewqa tagħna biex nieħdu sehem f’dan ix-​xogħol li qatt ma se jerġaʼ jsir se tiżdied.—Atti 20:24.

2. L-​ippritkar tagħna kif jgħin biex jitqaddes l-​isem kbir taʼ Ġeħova?

2 Iqaddes l-​Isem taʼ Ġeħova: Ix-​xogħol tal-​ippritkar jenfasizza li s-​Saltna taʼ Ġeħova permezz taʼ Kristu Ġesù se tieħu post il-​gvernijiet umani kollha u tipprovdi soluzzjoni għall-​problemi kollha tal-​umanità. (Mt. 6:9, 10) Ġeħova hu glorifikat bħala l-​uniku wieħed li kapaċi jeħlisna mill-​mard u l-​mewt. (Is. 25:8; 33:24) Ladarba nġorru ismu, oħrajn li josservaw il-​kondotta mill-​aħjar u ż-​żelu tagħna għandhom mnejn jigglorifikawh. (1 Pt. 2:12) Kemm hu sodisfaċenti li nagħmlu magħruf madwar l-​art kollha l-​isem tal-​Mulej Sovran Ġeħova!—Salm 83:18.

3. Liema barkiet jesperjenzaw dawk li jwieġbu b’mod favorevoli għall-​messaġġ tas-​Saltna?

3 Isalva l-​Ħajjiet: Ġeħova “ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.” (2 Pt. 3:9) Madankollu, jekk ma jkun hemm ħadd li jgħallimhom, in-​nies kif jistgħu qatt jitgħallmu dak li Ġeħova jqis bħala kondotta xierqa jew mhix? (Ġona 4:11; Rum. 10:13-​15) Meta individwi jwieġbu għall-​aħbar tajba, il-​kwalità taʼ ħajjithom titjieb hekk kif jabbandunaw prattiki taʼ ħsara. (Mik. 4:1-​4) Barra minn hekk, jiksbu l-​prospett taʼ ferħ taʼ ħajja taʼ dejjem. L-​ippritkar u t-​tagħlim attiv tagħna jsalvaw lilna u lil dawk li jisimgħuna. (1 Tim. 4:16) Xi rwol privileġġat ferm għandna f’dan ix-​xogħol importanti ħafna!

4. Għala għandna nkunu involuti b’mod attiv fl-​ippritkar tas-​Saltna u fix-​xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli?

4 Dalwaqt, it-​tribulazzjoni l-​kbira se ġġib tmiem taʼ malajr għal din id-​dinja inġusta. Dawk li jżommu man-​naħa taʼ Ġeħova se jsalvaw. B’hekk, l-​ippritkar u li nagħmlu dixxipli huma l-​iktar xogħol urġenti, importanti, u taʼ benefiċċju li qed iseħħ illum. Ejja nagħtuh l-​ewwel post f’ħajjitna!—Mt. 6:33.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja