LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/10 p. 1
  • Kun Persważiv fit-Tagħlim Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Persważiv fit-Tagħlim Tiegħek
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Skritturi li Jiġu Applikati b’Mod Korrett
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Tużaha Int il-Kelma t’Alla bl-Aħjar Mod?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Użaw “is-Sejf taʼ l-Ispirtu” bis-Sengħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif Nistgħu Nipperswadu lil Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 4/10 p. 1

Kun Persważiv fit-​Tagħlim Tiegħek

1. Spiss x’jinvolvi l-​użu effettiv tal-​Kelma t’Alla fil-​ministeru?

1 Ministri effettivi, bħall-​appostlu Pawlu, jifhmu illi li “timmaniġġa sew il-​kelma tal-​verità” jinvolvi iktar milli sempliċement tikkwota mill-​Iskrittura Mqaddsa. (2 Tim. 2:15) Meta nużaw il-​Kelma t’Alla, kif nistgħu nużaw il-​‘persważjoni’ fit-​tagħlim tagħna?—Atti 28:23.

2. Kif nistgħu nkabbru l-​apprezzament għall-​Kelma t’Alla?

2 Ħalli l-​Kelma t’Alla Titkellem: L-​ewwel, idderieġi l-​attenzjoni lejn il-​Bibbja b’tali mod li jqanqal rispett għall-​għerf divin li fiha. Il-​fiduċja tagħna fil-​Kelma t’Alla tistaʼ tqanqal lis-​semmiegħ tagħna biex joqgħod attent sew għall-​qari taʼ skrittura. (Ebr. 4:12) Nistgħu ngħidu sempliċement: “Sibt li hu taʼ benefiċċju li nara kif jaħsibha Alla fuq din il-​kwistjoni. Innota x’tgħid il-​Kelma tiegħu.” Kull meta jkun possibbli, ħalli l-​Kelma t’Alla titkellem billi taqra minnha direttament.

3. Wara li tinqara skrittura, x’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lis-​semmiegħ tagħna jifhem it-​tifsir tagħha?

3 It-​tieni, spjega l-​iskrittura li tkun qed tintuża. Ħafna nies isibuha diffiċli biex jifhmu vers l-​ewwel darba li jinqara. Spiss ikollna nispjegaw kif l-​iskrittura għandha x’taqsam mas-​suġġett. (Lq. 24:26, 27) Enfasizza l-​punti prinċipali. Tistaʼ tintuża mistoqsija biex tikkonferma li l-​punt ġie mifhum sew.—Prov. 20:5; Atti 8:30.

4. Liema pass tal-​aħħar hu neċessarju biex inkunu persważivi fit-​tagħlim tagħna?

4 Irraġuna fuq l-​Iskrittura: It-​tielet, stinka biex tilħaq il-​moħħ u l-​qalb. Għin lill-​inkwilin jara kif il-​vers japplika għalih personalment. L-​irraġunar fuq l-​Iskrittura jistaʼ jipperswadi lil persuna biex tbiddel il-​mod taʼ ħsib tagħha. (Atti 17:2-​4; 19:8) Pereżempju, wara li jinqara Salm 83:18 nistgħu nirraġunaw dwar kemm hu fundamentali li nitgħallmu isem xi ħadd biex niżviluppaw relazzjoni persunali miegħu. Imbagħad forsi tistaʼ tistaqsi, “Taħseb li l-​fatt li taf l-​isem t’Alla se jagħmel it-​talb tiegħek iktar sinifikanti?” Li torbot l-​iskrittura mal-​ħajja persunali tal-​inkwilin b’dan il-​mod juri l-​valur prattiku tagħha. Tagħlim persważiv bħal dan mill-​Kelma t’Alla jressaq lil dawk li għandhom attitudni xierqa biex iqimu lill-​Alla l-​veru u ħaj, Ġeħova.—Ġer. 10:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja