X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Xi nies jibżgħu dwar kif u meta se tispiċċa l-art u dak kollu li jgħix fiha. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ekkleżjasti 1:4.] Dan l-artiklu juri x’tgħid il-Bibbja dwar l-iskop t’Alla għall-art.” Uri l-artiklu li jibda minn paġna 8.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
Aqra Salm 37:9-11. Imbagħad staqsi: “Kif taħseb li se tkun l-art meta dan jitwettaq? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu jirreferi għal din il-profezija inkuraġġanti u jispjega għala naraw tant affarijiet mill-agħar fid-dinja llum.” Uri l-artiklu li jibda minn paġna 24.