X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru
“Ħafna nies jibżgħu li gwerra nukleari jew bidla fil-klima se teqred l-art. Taħseb li dan xi darba għad jiġri? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’tgħid il-Bibbja fuq dan is-suġġett. [Aqra Rivelazzjoni 11:18.] Din ir-rivista twieġeb erbaʼ mistoqsijiet komuni dwar it-tmiem tad-dinja.”
Stenbaħ! Ottubru-Diċembru
“L-ekonomija tal-lum ġabet ħafna ansjetà. Dawk bla xogħol iħossu l-istress, u dawk li jaħdmu jinkwetaw dwar li jitilfu xogħolhom. Taħseb li dan huwa parir tajjeb biex jgħinna nkampaw? [Aqra Mattew 6:34. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista fiha pariri prattiċi dwar kif nistgħu nimmaniġġaw il-finanzi u nieħdu ħsieb l-emozzjonijiet tagħna.”