LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/10 p. 4
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Napprezzaw lill-Pijunieri
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Il-Barkiet li Jiġu mill-Ministeru taʼ Pijunier
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Ħallew Eżempju taʼ Lealtà
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Aġġustament fil-Ħtiġijiet tas-Sigħat għall-Pijunieri
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 11/10 p. 4

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ B’liema modi prattiċi nistgħu ngħinu lill-​pijunieri?

Madwar id-​dinja matul is-​sena taʼ servizz 2009, kważi 800,000 ħu u oħt qdew bħala pijunieri regulari u speċjali. Dawn il-​qaddejja full-​time jissagrifikaw l-​aħjar mill-​ħin, l-​enerġija, u r-​riżorsi materjali tagħhom biex ixerrdu l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (Prov. 3:9) Min jaf kemm hu ferħan Ġeħova bl-​isforzi tagħhom! B’liema modi nistgħu nuru li naqblu mal-​ħarsa taʼ Ġeħova u ngħinu lill-​pijunieri tagħna biex isibu l-​ferħ u jissaportu fis-​servizz taʼ pijunier?

Żgur li l-​kliem tagħna magħżul bir-​reqqa jistaʼ jħeġġiġhom biex jibqgħu jaqdu bħala pijunieri. (Prov. 25:11) Nistgħu aħna naġġustaw l-​iskeda tagħna taʼ kull ġimgħa ħalli nkunu nistgħu naħdmu magħhom fil-​ministeru? Meta naħdmu flimkien, nistgħu noffru li nużaw il-​karozza tagħna minflok tagħhom. U jekk nirkbu fil-​karozza tagħhom, forsi nistgħu noffru xi ħaġa tal-​flus biex ngħinuhom fl-​ispejjeż. (1 Kor. 13:5; Flp. 2:4) Ukoll, nagħtu l-​appoġġ kollu mħabba tagħna billi nuru l-​ospitalità u kull tant żmien nistiednu lill-​pijunieri d-​dar tagħna għal xi ikla.—1 Pt. 4:8, 9.

L-​Iskrittura tagħti garanzija li Ġeħova se jipprovdi l-​bżonnijiet għal dawk li jfittxu l-​ewwel is-​Saltna tiegħu. (Salm 37:25; Mt. 6:33) Mod wieħed kif jagħmel dan hu permezz tal-​fratellanza Kristjana tagħna kollha mħabba. (1 Ġw. 3:16-​18) Ovvjament, il-​pijunieri ma jistennewx li ħaddieħor jieħu ħsieb ir-​responsabbiltajiet finanzjarji tagħhom. U forsi ma jiħdux l-​inizjattiva biex jgħidu lil ħaddieħor meta jkollhom bżonn taʼ xi ħaġa. Madankollu, nistgħu ngħinu lill-​pijunieri leali u ‘nagħmlu tajjeb għan-​nieqes tagħhom’ b’modi prattiċi jekk noqogħdu attenti u nosservaw.—2 Kor. 8:14, 15.

Meta Febe, evanġelizzatriċi żeluża fil-​kongregazzjoni taʼ Kenkre tal-​ewwel seklu, marret Ruma, Pawlu ħeġġeġ lill-​aħwa f’Ruma: “Ilqgħuha fil-​Mulej kif jixraq lill-​qaddisin, u . . . għinuha f’kulma jistaʼ jkollha bżonnkom.” (Rum. 16:1, 2) Aħna għandna l-​opportunità li nagħtu l-​istess appoġġ kollu mħabba lil dawk fil-​kongregazzjoni tagħna li qed jiddikjaraw bla heda l-​aħbar tajba bħala pijunieri regulari u speċjali.—Atti 5:42.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja