LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/11 pp. 4-7
  • Tlett Ijiem taʼ Serħan Spiritwali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tlett Ijiem taʼ Serħan Spiritwali
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali Tagħna—Xhieda Qawwija għall-Verità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Kondotta li Tigglorifika lil Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • “Żommu kondotta tajba fost il-ġnus”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Konvenzjonijiet Distrettwali—Żmien Għal Qima Ferriħija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 4/11 pp. 4-7

Tlett Ijiem taʼ Serħan Spiritwali

1. Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​konvenzjoni distrettwali taʼ dis-​sena?

1 F’din l-​art niexfa spiritwalment, jiġifieri, fid-​dinja taʼ Satana, Ġeħova jkompli jagħti serħan lill-​qaddejja tiegħu. (Is. 58:11) Provvediment li juża Ġeħova biex isaħħaħna hu l-​konvenzjoni distrettwali li ssir kull sena. Hekk kif toqrob il-​konvenzjoni għal din is-​sena, kif nistgħu nippreparaw biex nirċievu u nagħtu serħan spiritwali?—Prov. 21:5.

2. Xi preparazzjonijiet neħtieġu niffinalizzaw?

2 Jekk għadek m’għamiltx dan, ħu l-​ħin issa biex tirranġa l-​iskedi persunali u tax-​xogħol ħalli tkun preżenti għat-​tlett ijiem kollha tal-​konvenzjoni. Ikkalkulajt kemm trid tħalli ħin biex tivvjaġġa sal-​post fejn se tinżamm il-​konvenzjoni kuljum ħalli jkollok biżżejjed ħin tasal u ssib post adattat qabel ma jibda l-​programm? Żgur li ma rridu nitilfu xejn mill-​ikel spiritwali li jsaħħaħna u li Ġeħova ħejja għalina! (Is. 65:13, 14) Għamilthom l-​arranġamenti dwar fejn se toqgħod u għat-​trasport?

3. X’suġġerimenti jistgħu jgħinu lilna u lill-​familja tagħna biex nibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​programm?

3 X’se jgħinek tikkonċentra matul is-​sessjonijiet? Jekk inhu possibbli, strieħ biżżejjed kull lejl matul il-​konvenzjoni. Iffoka fuq il-​kelliemi. Fittex kull skrittura fil-​Bibbja tiegħek. Ħu noti qosra. Il-​familji jagħmlu tajjeb jekk joqogħdu bilqiegħda flimkien ħalli l-​ġenituri jgħinu lil uliedhom joqogħdu attenti. (Prov. 29:15) Forsi tistgħu tiddiskutu l-​punti li spikkaw mill-​programm bħala familja kull filgħaxija. Sabiex il-​familja tiegħek tkun tistaʼ tibqaʼ tikseb is-​serħan anke wara l-​konvenzjoni, tistaʼ twarrab xi ħin matul il-​lejla tal-​Qima tal-​Familja ħalli tikkunsidraw punti speċifiċi biex tapplikaw bħala familja.

4. Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn fil-​kongregazzjoni tagħna jiksbu serħan spiritwali?

4 Għin lil Oħrajn Jiksbu s-​Serħan: Aħna rridu li oħrajn jiksbu serħan spiritwali wkoll. Hemm xi pubblikaturi avanzati fl-​età jew oħrajn fil-​kongregazzjoni li għandhom bżonn l-​għajnuna biex jattendu l-​konvenzjoni? Tistaʼ tgħinhom int? (1 Ġw. 3:17, 18) L-​anzjani, speċjalment l-​indokraturi tal-​grupp, għandhom jaraw li dawn il-​pubblikaturi jirċievu l-​għajnuna meħtieġa.

5. Kif se nqassmu l-​inviti għall-​konvenzjoni? (Ara wkoll il-​kaxxa f’dil-​paġna.)

5 Bħalma ġara fil-​passat, tliet ġimgħat qabel ma tibda l-​konvenzjoni tagħna, aħna se nieħdu sehem f’kampanja biex nistiednu lil oħrajn jattendu. Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmluha mira li jqassmu l-​provvista tagħhom taʼ inviti u jkopru kemm jistaʼ jkun mit-​territorju tagħhom. L-​inviti li l-​familja tiegħek ikun fadlilha fl-​aħħar tal-​kampanja, għandhom jinġiebu l-​konvenzjoni biex tkun tistaʼ tużahom meta tagħti xhieda informali. Iktar informazzjoni dwar dan se tingħata matul il-​programm il-​Ġimgħa. L-​inviti li l-​familja tiegħek ma jaħsbux li se jużaw fil-​belt fejn se tinżamm il-​konvenzjoni għandhom jingħataw lill-​attendant meta tidħol fil-​post tal-​konvenzjoni. Jekk jogħġbok żomm kopja għalik, għax se jkollok bżonn tirreferi għaliha matul l-​aħħar taħdita l-​Ħadd.

6. Kif nistgħu nkunu taʼ serħan għal oħrajn billi nuru manjieri tajbin?

6 Manjieri Tajbin Iserrħu: Fi żmien meta l-​biċċa l-​kbira tan-​nies “iħobbu lilhom infushom” u ma tantx jimpurtahom minn ħaddieħor, kemm hu rifreskanti li tkun maʼ Kristjani sħabek li jistinkaw biex juru manjieri tajbin! (2 Tim. 3:2) Aħna nuru manjieri tajbin billi nidħlu fil-​bini b’mod kalm u bl-​ordni meta jinfetħu l-​bibien fit-​8:00 a.m. u billi nżommu post għal dawk li jgħixu magħna, dawk li jivvjaġġaw magħna, jew dawk li nistudjaw magħhom bħalissa biss. Aħna nsegwu l-​gwida taċ-​chairman meta dan jitlobna nsibu postna ħalli nisimgħu l-​mużika li tagħti bidu lil kull sessjoni. Ikunu manjieri tajbin jekk nitfu l-​mowbajl jew il-​pager jew nagħmluhom silent ħalli ma ntellfux lil oħrajn matul il-​programm. Ukoll, nuru manjieri tajbin jekk ma nitkellmux, ma nibagħtux messaġġi, ma niklux, u ma noqogħdux induru fil-​kurituri għal xejn b’xejn matul il-​programm.

7. Kif nistgħu nirċievu serħan u nagħtuh lura waqt li nassoċjaw maʼ ħutna?

7 Assoċjazzjoni li Sserraħ: Il-​konvenzjonijiet jagħtuna iktar opportunitajiet biex ingawdu l-​unità u l-​fratellanza Kristjana li sserraħ. (Salm 133:1-​3) Għala ma tiħux l-​inizjattiva biex ‘titwessaʼ’ u tilqaʼ lil aħwa rġiel u nisa minn kongregazzjonijiet oħra? (2 Kor. 6:13) Forsi tagħmilha mira li ssir taf imqar persuna jew familja ġdida kuljum. Il-​brejk taʼ nofsinhar jagħtik opportunità għal dan. Dan jistaʼ jwassal għall-​barka taʼ ħbiberiji ġodda u dejjiema.

8. Għala għandna noffru li naqdu bħala volontieri fil-​konvenzjoni, u kif nistgħu nagħmlu dan?

8 Kemm hu rifreskanti li naħdmu spalla maʼ spalla m’aduraturi sħabna fis-​servizz sagru! Tistaʼ int taqdi bħala volontier u tgħin f’xi dipartiment jew tgħin lill-​kongregazzjoni tiegħek fl-​inkarigu tagħha tat-​tindif? (Salm 110:3) Jekk għad m’għandekx inkarigu, jekk jogħġbok ikkunsidra li tavviċina lid-​Dipartiment tas-​Servizz taʼ Volontieri fil-​konvenzjoni. Meta ħafna jmiddu jdejhom, ix-​xogħol isir eħfef u iktar taʼ ferħ.

9. Għaliex għandna noqogħdu attenti partikolarment għall-​ilbies u d-​dehra tagħna matul il-​konvenzjoni?

9 Il-​Kondotta Tagħna Hi taʼ Serħan Għal Min Jarana: Aħna delegati tal-​konvenzjoni matul it-​tlett ijiem kollha tal-​konvenzjoni, mhux biss matul il-​programm. Dawk li josservawna waqt li nkunu fl-​inħawi fejn se tinżamm il-​konvenzjoni għandhom jaraw kuntrast rifreskanti bejnna u dawk li mhumiex Xhieda. (1 Pt. 2:12) L-​ilbies u d-​dehra tagħna fil-​post tal-​konvenzjoni, fil-​post fejn noqogħdu, u fir-​restoranti għandhom jonoraw lil Ġeħova. (1 Tim. 2:9, 10) Jekk nilbsu l-​badges se jagħmilha possibbli għal min jarana biex jidentifikana bħala Xhieda taʼ Ġeħova. Dan jistaʼ jipprovdilna opportunità biex ngħidulu dwar il-​konvenzjoni tagħna u nagħtuh iktar xhieda.

10. Liema esperjenzi jenfasizzaw ix-​xhieda tajba li tirriżulta mill-​kondotta Kristjana tagħna?

10 X’impressjoni għandha fuq ħaddieħor il-​kondotta tajba tagħna matul il-​konvenzjoni? Skont artiklu f’gazzetta, il-​maniġer taʼ faċilità li tintuża għall-​konvenzjonijiet qal dan: “In-​nies huma tassew edukati. Aħna ferħanin li jiġu kull sena.” Is-​sena l-​oħra raġel li mhuwiex Xhud tilef il-​kartiera tiegħu f’lukanda li tintuża mid-​delegati tal-​konvenzjoni. Meta l-​kartiera ttieħdet lill-​maniġer tal-​lukanda bl-​affarijiet kollha li kellha fiha, il-​maniġer qal lis-​sid tal-​kartiera: “Ħabatlek tajjeb li x-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jattendu konvenzjoni viċin t’hawn, u li ħafna qed joqogħdu f’din il-​lukanda. Kieku probabbilment ma kontx terġaʼ taraha b’għajnejk il-​kartiera.”

11. Hekk kif toqrob il-​konvenzjoni, x’għandha tkun il-​mira tagħna, u għala?

11 Il-​konvenzjonijiet taʼ dis-​sena qed joqorbu malajr. Sar sforz kbir u tqattaʼ ħafna ħin biex il-​programm u l-​ambjent tal-​konvenzjoni jkun sors taʼ serħan. Agħmilha l-​mira tiegħek biex tkun preżenti għat-​tlett ijiem kollha, u kun preparat għal dak li għandhom lest għalik Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu. Kun determinat li tkun taʼ serħan għal oħrajn permezz tal-​manjieri tajbin, l-​assoċjazzjoni ferriħija, u l-​kondotta mill-​aħjar tiegħek. Imbagħad int u oħrajn se tħossukom kif ħassitha waħda mid-​delegati tas-​sena l-​oħra li kitbet, “Ma nistax niftakar f’esperjenza oħra meta kont daqshekk sodisfatta!”

[Kumment f’paġna 4]

Bħalma ġara fil-​passat, tliet ġimgħat qabel ma tibda l-​konvenzjoni tagħna, aħna se nieħdu sehem f’kampanja biex nistiednu lil oħrajn jattendu

[Kumment f’paġna 6]

L-​ilbies u d-​dehra tagħna fil-​post tal-​konvenzjoni, fil-​post fejn noqogħdu, u fir-​restoranti għandhom jonoraw lil Ġeħova

[Kumment f’paġna 7]

Kun determinat li tkun taʼ serħan għal oħrajn permezz tal-​manjieri tajbin, l-​assoċjazzjoni ferriħija, u l-​kondotta mill-​aħjar tiegħek

[Kaxxa f’paġni 4-7]

Tfakkiriet għall-​Konvenzjoni Distrettwali 2011

◼ Ħinijiet tal-​Programm: Il-​programm se jibda fid-​9.20 a.m. it-​tlett ijiem kollha. Il-​bibien se jinfetħu fit-​8:00 a.m. Meta titħabbar il-​mużika tal-​bidu, ilkoll kemm aħna għandna nsibu postna sabiex il-​programm ikun jistaʼ jibda b’mod dinjituż. Il-​Ġimgħa u s-​Sibt il-​programm se jispiċċa fil-​4.55 p.m. u l-​Ħadd fl-​3.40 p.m.

◼ Postijiet: Il-​postijiet jistgħu jintrefgħu biss għal dawk li jgħixu fl-​istess dar, dawk li jivvjaġġaw magħna fil-​karozza, jew dawk li qed nikkonduċu studju tal-​Bibbja magħhom bħalissa.—1 Kor. 13:5.

◼ Donazzjonijiet: Nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna għall-​arranġamenti tal-​konvenzjoni billi nikkontribwixxu volontarjament għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja fil-​konvenzjoni. Jekk jingħata xi ċekk, dan għandu jintgħamel pagabbli lil “IBSA (Malta).”

◼ Aċċidenti u Emerġenzi: Jekk tinqalaʼ xi emerġenza medika fil-​post tal-​konvenzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil attendant fil-​qrib, li se javża mill-​ewwel lid-​Dipartiment tal-​Ewwel Għajnuna sabiex dawk fostna li huma kwalifikati biex jagħtu l-​ewwel għajnuna jkunu jistgħu jiddeċiedu kemm hi gravi s-​sitwazzjoni u jagħtu l-​assistenza tagħhom. Jekk ikun hemm bżonn, dawk li jagħtu l-​ewwel għajnuna se jċemplu 112. Dan se jevita li jsiru ħafna telefonati bil-​mowbajl lis-​servizzi li jwieġbu għall-​emerġenzi.

◼ Medikazzjoni: Jekk tieħu xi mediċina preskritta, jekk jogħġbok kun ċert li ġġib miegħek kemm għandek bżonn, ladarba fil-​konvenzjoni ma jkunx hemm mediċina disponibbli.

◼ Żraben: Kull sena jseħħu għadd taʼ inċidenti konnessi maż-​żraben. Ikun aħjar li nagħżlu żraben modesti li jiġuna sew u li jippermettulna nimxu fuq rampi, fit-​taraġ, fuq l-​ispralli tal-​ħadid, u affarijiet bħal dawn bla ma nweġġgħu.

◼ Puxċers: Il-​puxċers m’għandhomx jinġiebu fil-​post tal-​konvenzjoni. Madanakollu, jistgħu jinġiebu siġġijiet tat-​tfal li jipprovdu sigurtà (child-​safety seats) u li għandhom jitpoġġew b’attenzjoni fuq siġġu ħdejn il-​ġenituri.

◼ Fwejjaħ: Ħafna konvenzjonijiet qed isiru f’postijiet magħluqin li jiddependu minn ventilazzjoni mekkanika. Għalhekk, inkunu qed nuru qalb tajba min-​naħa tagħna jekk nillimitaw l-​użu taʼ fwejjaħ qawwijin li jistgħu jikkaġunaw irritazzjoni lil dawk li jbatu bi problemi respiratorji jew problemi relatati.—1 Kor. 10:24.

◼ Formoli Please Follow Up (S-​43): Il-​formola Please Follow Up għandha tintuża biex tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe interess li ntwera waqt xhieda informali fil-​ġranet tal-​konvenzjoni. Il-​pubblikaturi għandhom iġibu magħhom formola jew tnejn minnhom. Il-​formoli mimlijin jistgħu jingħataw lis-​segretarju tal-​kongregazzjoni tiegħek wara l-​konvenzjoni.—Ara l-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2009, paġna 4.

◼ Restoranti: Onora isem Ġeħova bl-​imġiba mill-​aqwa tiegħek fir-​restoranti. Ħalli tip jekk din tkun l-​użanza.

◼ Servizz taʼ Volontieri: Il-​ferħ li niksbu milli nattendu l-​konvenzjoni se jkun saħansitra akbar jekk noffru li nkunu volontieri biex ngħinu fix-​xogħol li jkun hemm bżonn. (Atti 20:35) Kull min jixtieq jagħmel dan għandu jmur fid-​Dipartiment tas-​Servizz tal-​Volontieri tal-​konvenzjoni. Tfal taħt is-​16-​il sena wkoll jistgħu jagħtu kontribut mill-​aħjar billi jaħdmu taħt is-​superviżjoni taʼ ġenitur jew min jieħu ħsiebhom jew adult ieħor bl-​approvazzjoni taʼ xi ħadd minnhom.

[Kaxxa f’paġna 5]

Kif Se Noffru l-​Invit?

Sabiex inkopru t-​territorju tagħna, għandna nżommu l-​istedina fil-​qosor. Nistgħu ngħidu xi ħaġa hekk: “Hello. Qed nieħdu sehem fi sforz li qed isir madwar id-​dinja biex jitqassam dan l-​invit. Din hi l-​kopja tiegħek. Se ssib iktar dettalji fuq l-​invit.” Il-​faċċata tal-​invit tqanqal l-​interess, allura newlu lill-​inkwilin b’tali mod li jkun jistaʼ jaraha. Kun entużjast. Meta tieħu sehem fit-​tqassim tal-​inviti fi tmiem il-​ġimgħa, għandek toffri r-​rivisti wkoll, meta dan ikun xieraq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja