Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex nibdew studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt taʼ Novembru
“Kif taħseb li nistgħu nagħrfu lil dawk li verament iqimu lil Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu fih punti interessanti.” Agħti kopja tat-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru lill-inkwilin, u aqraw u ddiskutu flimkien il-materjal taħt l-ewwel sottitlu f’paġna 17. Aqra minn tal-inqas waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tikkunsidraw it-tweġiba għall-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru
“Xi nies jaħsbu li Alla jgħammar f’post wieħed imma oħrajn jaħsbu li jinsab kullimkien u f’kollox. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’qal Ġesù dwar dan meta kien qed jgħallem lid-dixxipli tiegħu biex jitolbu.” [Aqra Mattew 6:9.] Enfasizza l-artiklu f’paġna 29.
Stenbaħ! Ottubru-Diċembru
“Jistaʼ tkun taʼ sfida għall-ġenituri biex jikkomunikaw maʼ wliedhom meta jsiru adoloxxenti. Liema tip taʼ gwida taħseb li tistaʼ tgħinhom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota kif il-Bibbja turi li jistaʼ jkollna suċċess. [Aqra Isaija 48:17, 18.] Dan l-artiklu jispjega kif il-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinu lill-ġenituri meta wliedhom isiru adoloxxenti.” Enfasizza l-artiklu f’paġna 24.