LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/11 p. 1
  • Aħna Dejjem Xogħol

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna Dejjem Xogħol
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • L-Għoti taʼ Xiehda minn Dar għal Dar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • “Agħmel Ħidma taʼ Evanġelista”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Għallem Pubblikament u Minn Dar Għal Dar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Il-Ministeru Minn Dar Għal Dar—Għala Importanti Issa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 12/11 p. 1

Aħna Dejjem Xogħol

1. Kif nafu li l-​evanġelizzaturi tal-​ewwel seklu dejjem qiesu lilhom infushom bħala li kienu xogħol?

1 Evanġelizzaturi żelużi tal-​ewwel seklu ddikjaraw l-​aħbar tajba “bla heda” kull fejn kien ikun hemm in-​nies. (Atti 5:42) Allura ma nistgħux nimmaġinaw li meta kienu jmorru minn dar għal dar kienu jgħaddu minn ħdejn in-​nies fit-​triq mingħajr ma jippritkawlhom ukoll. Lanqas ma kienu jitilfu opportunità biex jagħtu xhieda informali waqt li kienu jkunu qed jixtru fis-​suq wara li jkunu spiċċaw il-​ministeru tal-​għalqa. Bħal Ġesù, dejjem qiesu lilhom infushom bħala li kienu xogħol.—Mk. 6:31-​34.

2. X’jinvolvi li ngħixu fi qbil maʼ isimna?

2 Dejjem Lesti: Isimna, Xhieda taʼ Ġeħova, ma jiddeskrivix x’nagħmlu; jiddeskrivi min aħna. (Is. 43:10-​12) Għalhekk, aħna dejjem lesti biex niddefendu t-​tama tagħna, anki meta ma nkunux qed inxandru minn dar għal dar. (1 Pt. 3:15) Taħseb int minn qabel x’sitwazzjonijiet jistgħu jqumu biex tkun tistaʼ tagħti xhieda b’mod informali u mbagħad taħseb dwar x’tistaʼ tgħid? Iżżomm xi letteratura miegħek biex taqsamha maʼ dawk li juru interess? (Prov. 21:5) Tipprietka int biss minn dar għal dar, jew taqsam ukoll l-​aħbar tajba maʼ nies f’postijiet oħrajn jekk jippermettu ċ-​ċirkustanzi?

3. X’inhi l-​aħjar kelma biex niddeskrivu l-​ippritkar fit-​toroq u fejn jipparkjaw il-​karozzi, f’ġonna, f’postijiet tan-​negozju, u f’postijiet oħrajn?

3 Nagħtu Xhieda “Pubblikament”: L-​appostlu Pawlu qal li hu pprietka “pubblikament” u minn dar għal dar. (Atti 20:20) Għalhekk, l-​għoti taʼ xhieda “pubblikament” hu terminu xieraq biex nirreferu għall-​ippritkar fit-​toroq u fejn jipparkjaw il-​karozzi, f’ġonna, f’postijiet tan-​negozju, u f’postijiet oħrajn. Huwa minnu li l-​ministeru minn dar għal dar għadu l-​mod primarju u l-​iktar effettiv kif nilħqu lin-​nies bil-​messaġġ tas-​Saltna. Madankollu, l-​evanġelizzaturi tal-​ewwel seklu ffokaw fuq in-​nies u mhux fuq id-​djar. Ħadu vantaġġ minn kull opportunità biex jitkellmu dwar il-​verità—pubblikament, b’mod informali, u minn dar għal dar. Jalla aħna wkoll niffokaw fuq in-​nies sabiex inwettqu bis-​sħiħ il-​ministeru tagħna.—2 Tim. 4:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja