LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/12 pp. 2-3
  • Għin lin-Nies Jisimgħu Minn Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għin lin-Nies Jisimgħu Minn Alla
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Ismaʼ Minn Alla—Kif tużah
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Ipprietka lil “Nies taʼ Kull Xorta”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 7/12 pp. 2-3

Għin lin-​Nies Jisimgħu Minn Alla

1. Liema browxers ħarġu fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Ħa Tiġi Saltnatek!” u x’jagħmilhom għodda tant utli?

1 Fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Ħa Tiġi Saltnatek!” ħarġu żewġ browxers, Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem u verżjoni iktar sempliċi, Ismaʼ Minn Alla. Il-​browxer Ismaʼ Minn Alla għadu mhux disponibbli bil-​Malti imma se jkun disponibbli fil-​futur qarib. Minħabba li dawn il-​browxers ma tantx fihom kitba, jistgħu jiġu tradotti malajr u faċilment. Fil-​fatt, meta l-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem ħareġ bl-​Ingliż diġà kien ġie approvat biex jiġi tradott f’431 lingwa.

2. Min se jibbenefika minn dawn il-​browxers?

2 Min se jibbenefika b’mod partikulari minn dawn il-​browxers? Ikkunsidra s-​sitwazzjonijiet li ġejjin li spiss iqumu madwar id-​dinja:

• Pubblikatur li qed ikollu diskussjoni maʼ inkwilin, jew fl-​ewwel żjara jew fi żjara lura, jinduna li l-​inkwilin ma jafx jaqra jew ma jafx jaqra sew.

• Pubblikatur jipprietka lin-​nies li jitkellmu lingwa li ftit jew xejn m’għandna pubblikazzjonijiet tradotti fiha. Jew ħafna fit-​territorju ma jafux jaqraw bil-​lingwa li jħossuhom l-​iktar komdi jitkellmu.

• Pubblikatur juża lingwa tas-​sinjali biex jipprietka lil dawk li huma torox fit-​territorju tiegħu.

• Ġenitur jixtieq jgħallem il-​verità lil ibnu ż-​żgħir li għadu ma jafx jaqra.

3. Kif ġie disinjat il-​browxer Ismaʼ Minn Alla?

3 Kif Kienu Disinjati: Il-​browxer Ismaʼ Minn Alla ftit li xejn fih kitba—ġeneralment sentenza sempliċi u referenza għall-​Iskrittura fin-​naħa t’isfel taʼ kull paġna li tenfasizza l-​punti prinċipali. Għala? Immaġina li xi ħadd offrielek browxer miktub b’lingwa li ma tistax taqraha, forsi b’xi ittri li m’intix midħla tagħhom. Se jkun t’interess għalik, anki jekk fih stampi sbieħ? Aktarx li le. B’mod simili, nies li ma jistgħux jaqraw malajr jaqtgħu qalbhom minn pubblikazzjonijiet li fihom il-​kitba. Għalhekk, f’kull paġna jispikkaw l-​istampi preparati bir-​reqqa bi vleġeġ biex imexxu d-​diskussjoni minn stampa għall-​oħra.

4. Kif ġie disinjat il-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem?

4 Il-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem għandu l-​istess stampi bħall-​browxer Ismaʼ Minn Alla. Dan ġie disinjat biex jiġi studjat maʼ dawk li ma tantx jafu jaqraw jew li qed jitgħallmu jaqraw. Dak li qed jikkonduċi l-​istudju jistaʼ juża wkoll il-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem anki meta l-​istudent ikun qed juża l-​browxer Ismaʼ Minn Alla. Kull lezzjoni fiha żewġ paġni u t-​titlu tal-​lezzjoni hu f’forma taʼ mistoqsija li titwieġeb f’dawn il-​paġni. Mal-​istampi hemm kummenti u skritturi ċitati. F’ħafna mill-​paġni lejn in-​naħa t’isfel hemm kaxxa bajda b’xi punti addizzjonali u skritturi ċitati li jistgħu jiġu diskussi, skont l-​abbiltà tal-​istudent.

5. Meta u kif nistgħu noffru dawn il-​browxers?

5 Kif Tużahom: Tistaʼ toffri kwalunkwe browxer minn dawn it-​tnejn fil-​ministeru minn dar għal dar kull meta tħoss li jkun taʼ benefiċċju li tagħmel hekk, anki meta l-​browxers ma jkunux l-​offerta tax-​xahar. (Ara l-​kaxxa “Kif Jistgħu Jiġu Offruti.”) Tistaʼ tintroduċih fi żjara lura billi sempliċement tgħid lill-​persuna interessata li għandek xi ħaġa x’turiha u billi tagħtihulha.

6. Kif se nikkonduċu studju tal-​Bibbja b’dawn il-​browxers?

6 Ladarba l-​browxer Ismaʼ Minn Alla ma fihx mistoqsijiet stampati, id-​diskussjonijiet mhumiex se jkunu sessjonijiet f’forma taʼ mistoqsija u tweġiba bħalma forsi mdorri jkollok meta tikkonduċi studju mill-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? F’kull kultura n-​nies iħobbu jisimgħu l-​istejjer. Mela uża l-​istampi biex tirrakkonta l-​istejjer ispirati li huma miktubin fil-​Bibbja. Spjega x’qed jintwera fl-​istampi. Kun entużjast. Staqsi x’qed jinnota l-​istudent. Aqra l-​iskritturi fin-​naħa t’isfel tal-​paġna, u rraġuna miegħu fuq dak li jgħidu. Staqsi mistoqsijiet biex tinvolvih fid-​diskussjoni u biex tagħmel ċert li fehem. Jekk l-​istudent qed juża l-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem, waqt li tiddiskutu kull stampa aqraw flimkien il-​kitba u l-​iskritturi li jaqblu magħha.

7. Kif nistgħu ngħinu ’l-​istudent tagħna jagħmel progress?

7 Għin ’l-​Istudent Jagħmel Progress: Nittamaw li d-​diskussjoni se tqanqal xewqa fl-​istudent tiegħek biex jitgħallem jaqra ħalli waħdu jkun jistaʼ jieħu għarfien dwar Ġeħova. (Mt. 5:3; Ġw. 17:3) Għalhekk, jekk id-​diskussjonijiet huma mill-​browxer Ismaʼ Minn Alla, forsi maż-​żmien tistaʼ toffri li tgħallem ’l-​istudent kif jaqra, u tistaʼ tkompli l-​istudju bil-​browxer Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem. Tuża liema browxer tuża, l-​istudent ma jkunx preparat għall-​magħmudija xħin tlestu mill-​browxer. Għandek tkompli l-​istudju bil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? jew pubblikazzjoni adattata oħra li tagħtih fehma iktar sħiħa tal-​Bibbja.

8. Għala int grat għal dawn l-​għodod ġodda għall-​ministeru?

8 In-​nies jeħtieġu jisimgħu mis-​Sovran tal-​univers jekk iridu jgħixu għal dejjem. (Is. 55:3) U r-​rieda taʼ Ġeħova hi li “bnedmin taʼ kull xorta,” inkluż dawk li ma jafux jaqraw, jitgħallmu kif jisimgħu minnu. (1 Tim. 2:3, 4) Aħna grati ferm għal dawn l-​għodod ġodda li nistgħu nużaw biex ngħallmu lin-​nies kif jisimgħu minn Alla!

[Kaxxa f’paġna 3]

Kif Jistgħu Jiġu Offruti

Uri ’l-​inkwilin paġni 2-​3, u għid: “Tixtieq tgħix f’dinja li tkun tidher bħal din? [Agħti ċans għal tweġiba.] L-​Iskrittura twiegħed [jew, dan il-​ktieb qaddis iwiegħed] li Alla dalwaqt se jagħmel l-​art post taʼ paċi u sabiħ fejn ħadd mhu fqir jew marid. Innota x’għandna nagħmlu biex ngħixu hemm. [Aqra Isaija 55:3, li hu kwotat fin-​naħa taʼ fuq taʼ paġna 3.] Dan il-​vers jgħidilna biex ‘immorru’ għand Alla u biex ‘nisimgħu’ minnu. Imma kif nisimgħu minn Alla?” Mur f’paġna 4-​5 u ddiskuti t-​tweġiba miegħu. Jekk m’għandux ċans, ħalli l-​browxer miegħu u ftiehem biex terġaʼ lura u tiddiskuti t-​tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja