LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/12 pp. 2-3
  • Uża l-Fuljetti Biex Ixxerred l-Aħbar Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża l-Fuljetti Biex Ixxerred l-Aħbar Tajba
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Għala l-Fuljetti Huma Daqshekk Prezzjużi għall-Ministeru Tagħna Llum
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Uża l-Fuljetti biex Tibda Konversazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Disinn eċċitanti għall-fuljetti l-ġodda!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Uża l-Kelma t’Alla—Hi ħajja!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 10/12 pp. 2-3

Uża l-​Fuljetti Biex Ixxerred l-​Aħbar Tajba

1. Il-​fuljetti kif intużaw min-​nies t’Alla?

1 Il-​fuljetti bbażati fuq il-​Bibbja ilhom żmien twil jintużaw mix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex tixxerred l-​aħbar tajba. Fl-​1880, C. T. Russell u dawk li ssieħbu miegħu bdew jipproduċu l-​Bible Students’ Tracts, u dawn ġew provduti lill-​qarrejja tal-​Watch Tower biex jitqassmu lill-​pubbliku. Il-​fuljetti tant kienu jitqiesu bħala importanti li meta fl-​1884 C. T. Russell irreġistra korporazzjoni legali li ma tagħmilx qligħ bl-​għan li jmexxi ’l quddiem l-​interessi tas-​Saltna, il-​kelma “fuljett” ġiet inkluża fl-​isem, Zion’s Watch Tower Tract Society, li issa tissejjaħ Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania. Sal-​1918, tqassmu iktar minn 300 miljun fuljett mill-​Istudenti tal-​Bibbja. Il-​fuljetti jkomplu jkunu għodda effettiva fl-​għoti taʼ xhieda.

2. Il-​fuljetti għala huma effettivi?

2 Għala Huma Effettivi: Il-​fuljetti huma kuluriti u jiġbdu l-​għajn. Il-​messaġġ konċiż li fihom huwa interessanti u informattiv. Dawn jiġbdu lil dawk l-​inkwilini li forsi jieħdu qatgħa malli jaraw rivista jew ktieb. Il-​fuljetti huma faċli biex jiġu offruti, saħansitra minn pubblikaturi ġodda u mit-​tfal. Iktar minn hekk, il-​fuljetti huma żgħar u faċli biex inġorruhom magħna.

3. Irrakkonta esperjenza personali jew pubblikata li turi l-​valur li għandhom il-​fuljetti.

3 Ħafna wħud isiru jafu l-​verità għall-​ewwel darba permezz taʼ fuljett. Pereżempju, mara fil-​Ħaiti lemħet wieħed mill-​fuljetti tagħna fit-​triq. Hi ġabritu, qratu, u b’entużjażmu qalet, “Sibt il-​verità!” Eventwalment, hi marret is-​Sala tas-​Saltna, bdiet tistudja l-​Bibbja, u tgħammdet—dan kollu grazzi għall-​qawwa tal-​Kelma t’Alla li jkun fih fuljett.

4. X’inhu l-​għan tagħna meta l-​fuljetti jkunu l-​offerta tax-​xahar?

4 Minn Dar Għal Dar: Peress li l-​fuljetti huma għodda effettiva biex tingħata xhieda, minn żmien għal żmien dawn se jkunu l-​offerta tax-​xahar, b’seħħ minn Novembru. L-​għan tagħna mhuwiex li sempliċement inqassmu l-​fuljetti iżda li nużaw il-​fuljetti biex nibdew konversazzjonijiet. Jekk insibu interess fl-​ewwel żjara jew fiż-​żjara lura, nistgħu nuru kif isir studju tal-​Bibbja billi jintuża l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? jew xi pubblikazzjoni oħra taʼ studju. Kif nistgħu noffru l-​fuljetti minn dar għal dar? Kull fuljett huwa differenti, u għalhekk jeħtieġ li nkunu midħla tal-​fuljetti li nkunu qed noffru.

5. Kif nistgħu noffru l-​fuljetti minn dar għal dar?

5 Il-​preżentazzjoni tagħna għandha tkun adattata skont it-​territorju li nkunu fih u skont il-​fuljett li nkunu qed nużaw. Nistgħu nibdew il-​konversazzjoni billi nagħtu l-​fuljett lill-​inkwilin. Il-​qoxra attraenti għandha mnejn tqajjem l-​interess tiegħu. Jew nistgħu nuru lill-​inkwilin diversi fuljetti u nħalluh jagħżel dak li jinteressah. Meta nkunu qed naħdmu f’territorju fejn in-​nies jaħsbuha darbtejn biex jiftħu l-​bieb, nistgħu nżommu l-​fuljett f’idejna b’mod li l-​inkwilin ikun jistaʼ jara l-​qoxra, jew forsi nistaqsuh jekk nistgħux ngħaddulu xi ħaġa minn taħt il-​bieb u nitolbuh jagħtina l-​opinjoni tiegħu dwarha. Jekk it-​titlu tal-​fuljett ikun f’għamla taʼ mistoqsija, nistgħu nitolbuh jesprimi l-​opinjoni tiegħu dwar it-​titlu. Jew nistgħu noħorġu b’mistoqsija aħna stess li tqajjem l-​interess, u b’hekk tinbeda konversazzjoni. Imbagħad nistgħu naqraw mal-​inkwilin silta minn dak li jkun hemm miktub fil-​fuljett u nieqfu ftit xħin naslu għall-​mistoqsijiet li jkun hemm u nistiednu lill-​inkwilin jesprimi ruħu. L-​iskritturi prinċipali jistgħu jinqraw mill-​Bibbja. Wara li jiġi kunsidrat xi ftit mill-​materjal, nistgħu nikkonkludu d-​diskussjoni u nagħmlu arranġamenti fissi biex nerġgħu mmorru. Jekk normalment il-​membri tal-​kongregazzjoni jħallu letteratura fi djar fejn ma jinstabux nies, nistgħu nħallu fuljett fejn ma jagħtix fil-​għajn jekk l-​inkwilin ma jkunx id-​dar.

6. Il-​fuljetti kif jistgħu jintużaw fl-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq?

6 Għoti taʼ Xhieda fit-​Toroq: Qatt użajt il-​fuljetti fl-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq? Xi nies ikunu mgħaġġlin u ma tantx jitħajru jieqfu jkellmuna. Jistaʼ jkun diffiċli biex naraw jekk ikunux verament interessati. Minflok ma tagħtihom l-​aħħar ħarġiet tar-​rivisti mingħajr ma tkun taf jekk humiex se jaqrawhom, għala ma tagħtihomx fuljett? Peress li l-​qoxra tiġbed l-​għajn u l-​messaġġ huwa fil-​qosor, in-​nies forsi tegħlibhom il-​kurżità u jaqraw il-​fuljett meta jkollhom ftit minuti ċans. M’għandniex xi ngħidu, jekk ma jkunux mgħaġġlin, nistgħu niddiskutu magħhom xi ftit minn dak li jkun hemm miktub fil-​fuljett.

7. Irrakkonta xi esperjenzi li juru kif nistgħu nużaw il-​fuljetti meta nagħtu xhieda informali.

7 Għoti taʼ Xhieda Informali: Huwa faċli li tagħti xhieda informali bil-​fuljetti. Kull darba li jkun sejjer xi mkien, wieħed ħu jixħet ftit fuljetti fil-​but. Meta jiltaqaʼ maʼ xi ħadd, bħal pereżempju xi skrivan, hu sempliċement joffrilu xi ħaġa x’jaqra u jagħtih fuljett. Meta koppja marru jżuru l-​Belt taʼ New York, kienu jafu li setgħu jiltaqgħu maʼ nies li jkunu ġejjin minn diversi pajjiżi. Għalhekk, ħadu magħhom il-​ktejjeb Nations u diversi fuljetti b’lingwi differenti. Imbagħad, meta kienu jisimgħu lil xi ħadd jitkellem b’lingwa barranija li jkun qed ibigħ xi affarijiet fuq il-​bankina jew li jkun bilqiegħda maġenbhom f’xi ġnien jew f’xi restorant, kienu joffrulu fuljett bi lsien pajjiżu.

8. Il-​fuljetti b’liema mod huma bħaż-​żerriegħa?

8 “Iżraʼ ż-​Żerriegħa Tiegħek”: Il-​fuljetti jistgħu jitqabblu maż-​żerriegħa. Bidwi jxerred iż-​żerriegħa bla ma joqgħod jikkalkula kemm qed jixħet, iżda ma jkunx jaf liema minnhom se tinbet u tagħti l-​frott. Ekkleżjasti 11:6 jgħid: “Iżraʼ ż-​żerriegħa tiegħek fil-​għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-​għaxija; għax ma tafx fejn se tirnexxi, jekk hux hawnhekk jew hemmhekk, jew jekk hux it-​tnejn se jkunu tajbin indaqs.” Għalhekk, ejja ‘nkomplu nxerrdu l-​għarfien’ permezz taʼ din l-​għodda effettiva fl-​għoti taʼ xhieda.—Prov. 15:7.

[Kumment f’paġna 3]

Peress li l-​fuljetti huma għodda effettiva biex tingħata xhieda, minn żmien għal żmien dawn se jkunu l-​offerta tax-​xahar, b’seħħ minn Novembru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja