Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Diċembru
“Taħseb li hu importanti li tkun taf x’jismu Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ara x’jgħid dan il-paragrafu dwar dan.” Agħti lill-inkwilin It-Torri tal-Għassa taʼ Ottubru-Diċembru, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt it-tielet sottitlu f’paġna 17 u aqraw imqar waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u agħmel arranġamenti biex tmur lura u tiddiskuti mistoqsija oħra milli hemm.
It-Torri tal-Għassa Ottubru-Diċembru
“Ħafna nies jaħsbu li l-Bibbja tikkontradixxi lilha nfisha. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar kif inkitbet hawnhekk fit-2 Timotju 3:16. [Aqra.]” Imbagħad aqra l-paragrafu f’paġna 7 li jibda bis-sottitlu “Il-Bibbja Kif Inhi Differenti?”
Stenbaħ! Ottubru-Diċembru
“Sar iktar u iktar komuni li l-istudenti jiċċijtjaw fl-eżamijiet ħalli jġibu marki ogħla. Taħseb li llum il-ġurnata jaqbillek tkun onest? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-prinċipju tal-Bibbja li jgħinna naraw il-valur taʼ li tkun onest. [Aqra Ekkleżjasti 12:14.] Din ir-rivista turi għala l-onestà hi ċ-ċavetta vera għas-suċċess.” Enfasizza l-artiklu f’paġna 20.