Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’Ottubru
“Illum qed nagħmlu żjara qasira lill-ġirien tagħna. Ħafna minn dawk li kellimna qalu li waħda mill-iktar sitwazzjonijiet diffiċli li kellhom jiffaċċjaw kienet il-mewt taʼ xi ħadd maħbub. Int hekk tħossok ukoll? [Agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu sibtu inkuraġġanti.” Uri l-qoxra taʼ wara tat-Torri tal-Għassa tal-1 t’Ottubru, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u mqar waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u rranġa biex terġaʼ tmur ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa 1 t’Ottubru
“Qed inżuru ftit lin-nies biex inħeġġu l-qari tal-Bibbja. Nafu li xi nies tinteressahom il-Bibbja, filwaqt li oħrajn le. Xi ngħidu għalik? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja tagħmel din l-istqarrija ċara. [Aqra l-1 Tessalonikin 2:13.] Jien ċert li taqbel li jekk il-Bibbja tassew hi ktieb mingħand Alla, allura hi taʼ min jaqraha. Din ir-rivista tagħti ħarsa fuq fuq taʼ x’fiha l-Bibbja u titkellem dwar għala għandha tinteressana.”
Stenbaħ! Ottubru
“Nixtieq nismaʼ l-opinjoni tiegħek dwar din il-mistoqsija: Taħseb li hu possibbli li nkunu kuntenti jekk ma jkollniex ħafna affarijiet materjali? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja. [Aqra l-1 Timotju 6:8.] Din ir-rivista tippreżenta ħarsa bilanċjata lejn l-affarijiet materjali u tiddiskuti tliet affarijiet taʼ valur li ma tistax tixtrihom bil-flus.”