LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/12 p. 4
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 9/12 p. 4

Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet

Biex Tibda Studji tal-​Bibbja fl-​Ewwel Sibt t’Ottubru

Aqra Isaija 42:8. Imbagħad għid: “Skont din l-​iskrittura, Alla għandu isem. Taħseb li hu importanti li nużaw l-​isem t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’jgħid hawnhekk.” Agħti lill-​inkwilin kopja tat-​Torri tal-​Għassa t’Ottubru-​Diċembru, u mbagħad ikkunsidraw flimkien il-​materjal taħt l-​ewwel sottitlu f’paġna 16. Offri r-​rivisti, u rranġa biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-​mistoqsija li jmiss.

It-Torri tal-Għassa Ottubru-​Diċembru

“Nixtieq nitlob l-​opinjoni tiegħek dwar suġġett importanti. [Iftaħ paġna 3, u iġbed l-​attenzjoni lejn il-​lista li hemm.] Liema minn dawn jiddeskrivi bl-​aħjar mod il-​ħarsa tiegħek lejn il-​Bibbja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-​Bibbja dwarha stess. [Aqra Rumani 15:4.] Din ir-​rivista tiddiskuti ħames raġunijiet għala l-​Bibbja hi ktieb uniku u turina kif nistgħu nibbenefikaw minnha.”

Stenbaħ! Ottubru-​Diċembru

“Ħafna nies jgħidu li l-​ħajja fuq l-​art xi darba għad tispiċċa, forsi minħabba xi gwerra nukleari jew diżastru naturali, bħal pereżempju xi asterojde jew taqlib fil-​klima. Taħseb li dan it-​tbassir dwar l-​aħħar tad-​dinja hu taʼ min jagħti kasu jew taħseb li mhu xejn ħlief ħrejjef? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-​Bibbja tagħmel din il-​wegħda li sserrħilna moħħna. [Aqra Salm 37:29.] Din ir-​rivista teżamina xi sitwazzjonijiet komuni li wħud jaħsbu li jistgħu jwasslu għall-​aħħar tad-​dinja. Teżamina wkoll il-​verżjoni raġunevoli tal-​Bibbja dwar dak li hemm jistenniena fil-​futur.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja