L-Aħbar tas-Saltna Nru. 38 Se Titqassam f’Novembru!
1. Liema mistoqsijiet għandhom in-nies dwar il-mejtin, u dawn il-mistoqsijiet kif se jiġu mweġbin f’Novembru?
1 Il-mewt hi għadu tan-nies kollha, hu x’inhu t-twemmin tagħhom. (1 Kor. 15:26) Ħafna jitħassbu dwar fejn qegħdin il-mejtin u jekk hux se jerġgħu jarawhom. Għalhekk, il-kongregazzjonijiet madwar id-dinja se jieħdu sehem għal xahar sħiħ fit-tqassim tal-Aħbar tas-Saltna Nru. 38, bit-titlu “Jistgħu l-Mejtin Verament Jerġgħu Jgħixu?” Din il-kampanja speċjali se tibda fl-1 taʼ Novembru. Wara t-tqassim speċjali, l-Aħbar tas-Saltna Nru. 38 se tintuża fil-ministeru bħala fuljett.
2. Kif inhi disinjata l-Aħbar tas-Saltna Nru. 38?
2 Kif Inhi Disinjata: L-Aħbar tas-Saltna Nru. 38 hi disinjata biex tintewa għat-tul sabiex fuq il-faċċata tagħha jidher it-titlu li jqajjem interess flimkien mal-kliem “Taħseb li . . . iva? le? forsi?” Meta l-qarrej jiftaħ l-Aħbar tas-Saltna se jara dak li tgħid il-Bibbja bħala tweġiba għall-mistoqsija tat-titlu u x’tistaʼ tfisser għalih il-wegħda tal-Bibbja. Se jara wkoll raġunijiet għala jistaʼ jemmen dak li tgħid il-Bibbja. Fuq wara tal-Aħbar tas-Saltna hemm mistoqsija interessanti biex jaħseb dwarha u tistiednu biex jitgħallem iktar.
3. L-Aħbar tas-Saltna Nru. 38 kif se titqassam?
3 Kif Se Titqassam: Din il-kampanja se tkun simili għal kampanji oħra li fihom inqassmu l-inviti għat-Tifkira u l-konvenzjonijiet distrettwali. L-anzjani se jipprovdu direzzjoni dwar kif se jiġi kopert it-territorju lokali fi qbil mal-ittra li rċivew bid-data tal-1 t’April, 2013. Kongregazzjonijiet li għandhom territorju żgħir jistgħu joffru li jgħinu lill-kongregazzjonijiet viċin tagħhom li għandhom iktar territorju. Meta tieħu l-kopji tiegħek tal-Aħbar tas-Saltna Nru. 38, ftakar li għandek tieħu biss kemm ikollok bżonn għal ġimgħa waħda. Matul il-kampanja, il-kopji jistgħu jiġu mqassma f’għoti taʼ xhieda lill-pubbliku wara li jitlesta t-territorju kollu minn dar għal dar. Jekk il-kopji kollha jitqassmu qabel ma jispiċċa x-xahar, għandha tiġi offruta l-offerta tal-letteratura. Fl-ewwel Sibt, se niffokaw fuq li nieħdu sehem fil-kampanja speċjali minflok nipprovaw nibdew studji tal-Bibbja. Fi tmiem il-ġimgħa, meta jkun xieraq għandna noffru wkoll ir-rivisti. Qed tagħmel pjanijiet biex ikollok sehem sħiħ f’din il-kampanja speċjali?