Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Aħbar tas-Saltna Nru. 38
“Qed nieħu sehem f’kampanja li qed issir madwar id-dinja biex inqassam dan il-messaġġ importanti. Din hi l-kopja tiegħek.”
Nota: Sabiex inkopru t-territorju, żomm il-preżentazzjoni tiegħek qasira. Madankollu, f’xi każi l-inkwilin għandu mnejn juri interess ġenwin u jkun jixtieq jitkellem. Jekk jiġri hekk, tistaʼ tistaqsi għall-opinjoni tiegħu dwar il-mistoqsija li hemm fuq il-faċċata, taqralu t-tweġiba tal-Bibbja kif tidher fuq ġewwa, u tikkunsidra silta mill-fuljett, skont ma jippermetti l-ħin. Qabel titlaq, urih il-mistoqsija “Aħseb Dwar Dan” li qiegħda fuq wara tal-fuljett u agħmel arranġamenti biex tmur lura ħalli tiddiskutuha.
It-Torri tal-Għassa 1 taʼ Novembru
“Fl-opinjoni tiegħek, liema hi l-akbar gidba li ntqalet dwar Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Skont il-Bibbja, Alla jrid li n-nies iħobbuh u jafdawh. [Aqra Isaija 41:13.] Din ir-rivista tikxef tliet gidbiet komuni dwar Alla li għamluha diffiċli għal xi wħud biex jersqu qrib tiegħu.”
Stenbaħ! Novembru
“Qed nagħmlu żjara qasira minħabba li ħafna nies huma inkwetati li l-valuri morali donnhom qed jisfaw fix-xejn. Taħseb li s-soċjetà baxxiet il-livelli morali tagħha? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja bassret li l-attitudni u l-kondotta tan-nies kienu se jinbidlu. [Aqra t-2 Timotju 3:1-5.] Din ir-rivista tiddiskuti għala nistgħu nafdaw il-valuri morali li nsibu fil-Bibbja.”