Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nieħdu nota tal-interess
“Oqgħod attent il-ħin kollu għalik innifsek u għat-tagħlim tiegħek.” (1 Tim. 4:16) Dan il-parir ispirat li l-appostlu Pawlu ta lil Timotju jindika li, sew jekk għadna ġodda u sew jekk għandna l-esperjenza, għandna nagħmlu ħilitna biex nagħmlu progress. Biex niġu megħjuna nagħmlu dan, serje ġdida bit-titlu “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru” se tibda tidher fil-Ministeru tas-Saltna. Kull artiklu se jiddiskuti abbiltà importanti u se jipprovdi suġġerimenti kif nistgħu niżviluppawha. Matul ix-xahar, kulħadd hu inkuraġġit biex jaħdem fuq din l-abbiltà. Wara li jispiċċa x-xahar, parti mil-Laqgħa tas-Servizz se tagħtina opportunità biex nikkummentaw dwar kif ibbenefikajna billi ħdimna fuq din l-abbiltà. Dan ix-xahar aħna inkuraġġiti biex naħdmu fuq li nieħdu nota tal-interess.
Għala hu importanti: Biex inwettqu l-inkarigu tagħna, m’għandniex biss nippritkaw. Irridu nerġgħu mmorru għand dawk li juru interess u ngħallmuhom, jiġifieri nsaqqu ż-żrieragħ tal-verità li nkunu żrajna. (Mt. 28:19, 20; 1 Kor. 3:6-9) Dan jeħtieġ li nerġgħu nsibu lil dak li jkun, nitkellmu dwar dak li jinkwetah, u nkomplu nibnu fuq il-konversazzjoni li kellna qabel. Għalhekk, meta nsibu l-interess huwa neċessarju li nieħdu nota tiegħu.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Meta tkun qed tieħu nota, għid lil min tkun qed taħdem miegħu x’inti tikteb.