LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/11 p. 1
  • Iż-Żrieragħ Iridu Jissaqqew Sabiex Jikbru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iż-Żrieragħ Iridu Jissaqqew Sabiex Jikbru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Nikkultivaw l-Interess Permezz taż-Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nieħdu nota tal-interess
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwittu t-triq biex nagħmlu żjara lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Kun Qalbieni F’Li Tagħmel Żjajjar Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 11/11 p. 1

Iż-​Żrieragħ Iridu Jissaqqew Sabiex Jikbru

1. X’għandu jissaqqa sabiex jikber?

1 Iż-​żrieragħ li jinżergħu fi ġnien iridu jissaqqew sabiex jikbru. L-​istess hu minnu rigward iż-​żrieragħ tal-​verità li jinżergħu fil-​qlub tan-​nies fit-​territorju tagħna. (1 Kor. 3:6) Irridu nagħmlu żjajjar lura u nsaqqu dawn iż-​żrieragħ figurattivi bil-​Kelma t’Alla jekk irriduhom jagħmlu l-​għeruq, jikbru, u jiffjorixxu.

2. Kif nistgħu nagħmlu l-​pedament għaż-​żjara li jmiss?

2 Qajjem Mistoqsija: Meta tipprepara l-​preżentazzjoni tiegħek, għala ma tippreparax ukoll mistoqsija li tqajjem l-​interess li tistaʼ twieġeb fiż-​żjara lura? Qajjimha fil-​konklużjoni tal-​ewwel konversazzjoni, u agħmel arranġamenti fissi biex tmur lura. Ħafna jsibuha t’għajnuna li jagħżlu xi ħaġa mill-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? li se tgħinhom juru kif isir studju tal-​Bibbja.

3. Liema informazzjoni tistaʼ tinkludi meta tikteb x’ġara fl-​ewwel żjara?

3 Ħu Noti Tajbin: Hekk kif tħalli lill-​inkwilin fl-​ewwel żjara, ħu l-​ħin biex tikteb dak kollu li tkellimtu dwaru. Ikteb l-​isem u l-​indirizz tal-​individwu. Huwa tajjeb ukoll li tniżżel id-​data u l-​ħin li kellimtu, dwar xiex tkellimtu, u x’letteratura ħallejtlu, jekk aċċetta. Qal jekk huwiex f’ċerta reliġjon? Għandu familja? Semma dak li jinteressah u dak li jinkwetah? Informazzjoni bħal din se tgħinek tiddiskuti suġġetti li huma importanti għalih meta tagħmillu żjara lura. Ikteb ukoll meta ftehemtu li tmur lura u l-​mistoqsija li se twieġeb.

4. Għala m’għandniex naqtgħu qalbna meta mmorru lura biex inkellmu lin-​nies li juru interess fil-​messaġġ tagħna?

4 Taqtax Qalbek: Satana mhux se jnaqqas l-​isforzi tiegħu biex “jieħu l-​kelma” li nżergħet f’qalb individwu. (Mk. 4:14, 15) Għalhekk, taqtax qalbek jekk issibha diffiċli biex terġaʼ ssib lill-​individwu interessat id-​dar. Tistaʼ int tibgħat ittra jew tħalli nota mal-​bieb? Pijuniera bdiet studju fuq l-​għatba maʼ waħda mara imma ma rnexxilhiex terġaʼ ssibha d-​dar, u allura bagħtitilha ittra. Meta l-​oħt eventwalment sabitha d-​dar, il-​mara esprimiet kemm l-​interess persunali li ntwera fiha messilha qalbha. Hekk kif insaqqu ż-​żrieragħ tal-​verità, nistgħu nesperjenzaw il-​ferħ li jiġi milli narawhom jinbtu, jimmaturaw, u “jagħtu l-​frott, min tletin u min sittin u min mija.”—Mk. 4:20.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja