Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inwittu t-triq biex nagħmlu żjara lura
Għala hu importanti: Meta nsibu lil xi ħadd interessat, inkunu rridu mmorrulu lura meta jkun id-dar ħalli nkunu nistgħu nsaqqu ż-żerriegħa tal-verità li nkunu żrajna. (1 Kor. 3:6) Dan spiss jirrikjedi minna li qabel ma nitilqu, inwittu t-triq biex nagħmlu żjara lura billi nsiru nafu meta nkunu nistgħu nerġgħu nżuruh. Apparti minn hekk, ikun tajjeb li nħalluh b’mistoqsija li nkunu nistgħu niddiskutu d-darba li jmiss. B’hekk, l-inkwilin se jkun qed iħares ’il quddiem għaż-żjara, u jekk it-tweġiba tkun tinsab fil-pubblikazzjoni li nkunu ħallejnielu, aktarx li iktar ikun lest li jaqraha. Barra minn hekk, ikun eħfef għalina biex immorru lura meta nħalluh b’mistoqsija għax inkunu nafu fuqiex se nitkellmu, u l-inkwilin ikun jaf li se mmorru lura. Meta nerġgħu nżuruh, nistgħu nispjegaw li rġajna lura biex inwieġbu l-mistoqsija li qajjimna fiż-żjara taʼ qabel, u mbagħad inkomplu bid-diskussjoni.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Meta tipprepara preżentazzjoni, ipprepara wkoll mistoqsija li tkun se twieġeb fiż-żjara taʼ wara. Tkellem dwar il-mistoqsija mal-pubblikatur li tkun qed taħdem miegħu.