GĦIX BĦALA KRISTJAN
Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nagħmlu żjajjar lura
GĦALA IMPORTANTI: Ħafna nies li juru interess fil-messaġġ tas-Saltna qed ifittxu l-verità dwar Alla. (Is 55:6) Sabiex ngħallmuhom pass pass, hemm bżonn li mmorru darba wara l-oħra. In-nies jiffaċċjaw sfidi differenti, allura jeħtieġ li nużaw metodi differenti biex inkabbru l-interess tagħhom. Madankollu, se nkunu iktar effettivi jekk nippreparaw sew u jkollna mira għal kull żjara, imma bil-mira prinċipali li nibdew studju tal-Bibbja.
KIF TAGĦMEL DAN:
Agħmel sforz biex ma ddumx ma tmur lura, forsi wara ftit ġranet.—Mt 13:19
Kun dħuli u uri rispett. Ipprova rrilassa
Ibda billi ssellem lil dak li jkun. Sejjaħlu b’ismu. Fakkru għala rġajt mort—forsi biex twieġeb mistoqsija, tiħodlu l-aħħar rivista, turih il-websajt tagħna, turih vidjow, jew turih kif isir studju tal-Bibbja. Addatta d-diskussjoni jekk jinteressah suġġett ieħor.—Flp 2:4
Saqqi ż-żerriegħa tal-verità li jkun hemm f’qalbu billi taqsam miegħu ħsieb Skritturali u forsi billi tħallilu xi letteratura. (1Ko 3:6) Ipprova għamel ħbieb miegħu
Ħejji t-triq għaż-żjara li jmiss