GĦIX BĦALA KRISTJAN
Intejbu L-abbiltajiet Tagħna Fil-ministeru—Inwittu t-triq għal żjara lura
GĦALA HU IMPORTANTI:
Aħna rridu nsaqqu ż-żerriegħa tal-verità li niżirgħu. (1Ko 3:6) Meta nsibu lil xi ħadd li juri interess, ikun tajjeb li nħalluh b’mistoqsija li nkunu nistgħu niddiskutu meta mmorru lura. B’hekk, l-inkwilin se jkun qed iħares ’il quddiem għaż-żjara u fl-istess ħin inkunu qed nissimplifikaw il-preparazzjoni tagħna għaż-żjara lura. Meta mmorru lura, nistgħu ngħidulu li rġajna ġejna biex inwieġbu l-mistoqsija li qajjimna l-aħħar darba li żornieh.
KIF TAGĦMEL DAN:
Meta tipprepara l-preżentazzjoni tiegħek biex tużaha minn dar għal dar, inkludi mistoqsija li tkun tistaʼ tiġi mwieġba d-darba li jkun imiss. Tistaʼ tkun xi ħaġa li hi mwieġba fil-letteratura li tkun qed toffri. Jew tistaʼ tkun mistoqsija li hi mwieġba f’waħda mill-pubblikazzjonijiet tagħna għall-istudju li beħsiebek toffrilu meta terġaʼ żżuru.
Meta tikkonkludi l-konversazzjoni maʼ xi ħadd li juri interess, urih li tixtieq terġaʼ tkellmu u mbagħad ħallih bil-mistoqsija li tkun ippreparajt li twiġiblu meta terġaʼ żżuru. Jekk ikun possibbli, ikseb xi informazzjoni taʼ kif tistaʼ tikkuntattjah.
Jekk twiegħdu li se terġaʼ tmur f’xi ħin partikulari, ara li żżomm kelmtek.—Mt 5:37.