LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/14 pp. 2-3
  • Nikkonduċu studji tal-Bibbja effettivi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nikkonduċu studji tal-Bibbja effettivi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Oqgħod Attent għall-“Arti tat-Tagħlim” Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—L-Ewwel Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 12/14 pp. 2-3

Nikkonduċu studji tal-​Bibbja effettivi

1. X’responsabbiltà għandhom il-​pubblikaturi li jikkonduċu studji tal-​Bibbja?

1 Ebda bniedem ma jistaʼ jaqdi ’l Alla jekk “ma jiġbdux” Ġeħova. (Ġw. 6:44) Minkejja dan, il-​pubblikaturi li jikkonduċu studji tal-​Bibbja għandhom jagħmlu l-​parti tagħhom f’li jgħinu lin-​nies jersqu qrib taʼ Missierhom tas-​sema. (Ġk. 4:8) Dan jirrikjedi preparazzjoni. Il-​fatt li jinqara kull paragrafu u nsaqsuhom il-​mistoqsijiet stampati biss, ma jkunx biżżejjed biex ngħinu l-​istudenti jifhmu sew il-​messaġġ u jagħmlu progress.

2. Studju tal-​Bibbja effettiv xi jwettaq?

2 Sabiex il-​pubblikaturi jikkonduċu studji effettivi, għandhom jgħinu l-​istudenti tagħhom biex (1) jifhmu dak li tgħallem il-​Bibbja, (2) jaċċettaw dak li tgħallem il-​Bibbja, u (3) japplikaw dak li tgħallem il-​Bibbja. (Ġw. 3:16; 17:3; Ġak. 2:26) Jistaʼ jkun li jgħaddu x-​xhur biex dak li jkun jgħin individwu biex jieħu dawn il-​passi. Madankollu, kull pass jgħin l-​istudent jiżviluppa relazzjoni maʼ Ġeħova u biex jiddedika ruħu lilu.

3. Għalliema effettivi għala jsaqsu mistoqsijiet li jitolbu opinjoni?

3 X’inhu jaħseb l-​istudent tal-​Bibbja?: Sabiex tagħraf jekk l-​istudent tal-​Bibbja hux jifhem u jaċċetta dak li qed jitgħallem, evita milli titkellem int biss u inkuraġġixxi l-​istudent jesprimi lilu nnifsu. (Ġak. 1:19) Qed jifhem dak li tgħid il-​Bibbja fuq is-​suġġett li qed tikkunsidra? Jistaʼ jispjega s-​suġġett fi kliemu? Kif iħossu dwar dak li hu tgħallem? Jemmen li dak li tgħallem il-​Bibbja hu raġunevoli? (1 Tess. 2:13) Qed jifhem li dak li qed jitgħallem għandu jeffettwa l-​mod kif jgħix ħajtu? (Kol. 3:10) Biex ikollna tweġibiet għal mistoqsijiet bħal dawn, jeħtieġ li bit-​tattika nsaqsu mistoqsijiet li jitolbu opinjoni u mbagħad għandna nagħtu widen.—Mt. 16:13-​16.

4. X’għandu jsir jekk student qed isibha diffiċli biex jifhem jew biex japplika dak li qed jitgħallem mill-​Bibbja?

4 Ċerti drawwiet u ħsibijiet spiss irabbu l-​għeruq fil-​fond f’dak li jkun u jieħdu ż-​żmien biex jinqalgħu. (2 Kor. 10:5) Imma xi ngħidu jekk l-​istudent tagħna mhux jaċċetta jew mhux japplika dak li qed jitgħallem? Hemm bżonn il-​paċenzja biex tħalli ammont taʼ żmien raġunevoli għall-​Kelma t’Alla u l-​ispirtu qaddis biex jaħdmu f’qalb l-​istudent. (1 Kor. 3:6, 7; Ebr. 4:12) Minflok tagħmel pressjoni fuq l-​istudent, spiss ikun aħjar li tmur fuq suġġett ieħor jekk ikun qed isibha diffiċli biex jifhem jew biex japplika xi tagħlim tal-​Bibbja. Hekk kif inkomplu ngħallmuh bil-​paċenzja u bl-​imħabba mill-​Bibbja, għandu mnejn li maż-​żmien jitqanqal biex jagħmel il-​bidliet meħtieġa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja