Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nibdew studju tal-Bibbja fuq l-għatba bil-browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla!
Għala hu importanti: Sabiex nagħmlu dixxipli, għandna nkunu għalliema tal-Kelma t’Alla. (Mt. 28:19, 20) Ilkoll kemm aħna nistgħu ngħallmu b’mod effettiv il-verità billi nużaw l-għodda li ġew mogħtijin lilna. Il-browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! ġie ddisinjat apposta biex jgħinna ngħallmu l-verità lil oħrajn. Fil-fatt, nistgħu nużawh biex nibdew studju tal-Bibbja fuq l-għatba tal-bieb hekk kif niltaqgħu mal-inkwilin għall-ewwel darba.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Itlob ħalli jkollok ix-xewqa biex tikkonduċi studju. Barra minn hekk, itlob bil-ħrara għall-għajnuna taʼ Ġeħova biex jgħinek tibda studju tal-Bibbja u biex issir għalliem tal-verità effettiv.—Flp. 2:13.
Matul il-qima bħala familja jew l-istudju personali, ħu l-ħin biex titgħallem il-preżentazzjoni. B’hekk, tkun tistaʼ titkellem b’konvinzjoni u tibda studju tal-Bibbja fuq l-għatba tal-bieb waqt li tkun fil-ministeru.