LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/15 p. 2
  • Imita l-fidi tagħhom

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imita l-fidi tagħhom
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • Ittra mill-Ġemgħa li Tiggverna
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Nagħtu Xhieda bir-Reqqa Dwar is-Saltna t’Alla
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • “Imlieli l-Vojt li Kelli f’Qalbi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-​Qari tal-​Bibbja Kif Jgħinna Nissaportu l-​Problemi?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 9/15 p. 2

Imita l-​fidi tagħhom

1. Mill-​ġimgħa li tibda fid-​19 t’Ottubru, x’se nikkunsidraw fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni?

1 Matul il-​ġimgħa li tibda fid-​19 t’Ottubru 2015, se nibdew nikkunsidraw il-​ktieb Imita l-​fidi tagħhom fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni. Din il-​pubblikazzjoni teżamina rakkonti Bibliċi taʼ 14-​il raġel u mara taʼ fidi. Il-​ktieb hu miktub b’tali mod li lil dawn l-​uħud leali nkunu nistgħu nġibuhom quddiem għajnejna, u jgħinna narawhom bħal nies reali li ffaċċjaw sfidi hekk kif qdew lil Ġeħova. Barra minn hekk, il-​ktieb jgħallem lezzjonijiet minn dawn ir-​rakkonti li jgħinuna napplikawhom f’ħajjitna llum.—Ebr. 6:12.

2. Spjega xi ftit mill-​affarijiet li fih il-​ktieb Imita l-​fidi tagħhom.

2 X’fih il-​ktieb: Il-​ktieb fih linja kronoloġika u mapep li jgħinuna nkunu nafu meta u fejn kull karattru għex. Apparti minn hekk, kull kapitlu għandu bħal kaxxa bit-​titlu “Aħseb dwar dan . . . ,” li se tgħinna nimmeditaw fuq ir-​rakkonti u napplikaw il-​lezzjonijiet prattiċi li nkunu tgħallimna. Fil-​ktieb hemm ukoll stampi li saret ħafna riċerka għalihom, b’ħafna kuluri u dettalji, li jgħinu biex ir-​rakkonti ntuhom il-​ħajja.

3. X’nistgħu nagħmlu biex nibbenefikaw mill-​istudju tagħna taʼ din il-​pubblikazzjoni?

3 Kif tistaʼ tibbenefika: L-​ittra li hemm fil-​bidu tal-​ktieb mill-​Ġemgħa li Tiggverna tinkuraġġina b’dan il-​kliem: “Uża l-​immaġinazzjoni u s-​sensi tiegħek. Ipprova ħoss u ara dak li ħassu u raw dawn il-​karattri tal-​Bibbja. Qabbel ir-​reazzjoni tagħhom maʼ tiegħek li kieku ssib ruħek fl-​istess sitwazzjoni.” Ovvjament, li nużaw l-​immaġinazzjoni ma jfissirx li għandna nispekulaw bl-​addoċċ. Imma, minflok, ifisser li nġibu quddiem għajnejna dak li jgħid ir-​rakkont ispirat u biex nidħlu fiż-​żarbuna tal-​karattri Bibliċi involuti. Li tagħmel dan jitlob ħin u meditazzjoni. (Neħ. 8:8) Jekk il-​lezzjoni tibda f’nofs kapitlu, dak li jikkonduċi għandu jibda b’reviżjoni tal-​lezzjoni taʼ qabel li għandha ddum bejn 30 u 60 sekonda. Mistoqsija jew tnejn jistgħu jsiru bħala reviżjoni għal konklużjoni. Dan għandu jsir f’każ li l-​lezzjoni ma tinkludix il-​kaxxa “Aħseb dwar dan . . . ”

4. Għala hemm bżonn li nistudjaw il-​ktieb Imita l-​fidi tagħhom?

4 Aħna qed ngħixu f’dinja li kuljum trid iddgħajjef il-​fidi tagħna b’xi mod jew ieħor. Dan il-​ktieb—u anki s-​serje t’artikli fit-​Torri tal-​Għassa li fuqhom huwa bbażat il-​ktieb—hu għotja mingħand Ġeħova biex jgħinna nsaħħu l-​fidi tagħna. (Ġak. 1:17) Ejja nieħdu vantaġġ sħiħ minnu billi nattendu l-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni b’mod regulari u billi nieħdu sehem kemm jistaʼ jkun f’li nikkummentaw waqt li nistudjaw din il-​pubblikazzjoni flimkien!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja