TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 1-5
“Ejjew, ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova”
“Fl-aħħar parti tal-jiem” |
Iż-żmien li qed ngħixu fih issa |
“Il-muntanja tad-dar taʼ Ġeħova” |
Il-livell għoli tal-qima pura taʼ Ġeħova |
“Lejha jiġru l-ġnus kollha” |
Dawk li jħaddnu l-qima pura jinġabru flimkien |
“Ejjew, ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova” |
Il-qaddejja veri jistiednu lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom |
“Hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu” |
Permezz tal-Kelma tiegħu, Ġeħova jgħallimna u jgħinna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu |
“Ma jitħarrġux iktar għall-gwerra” |
Isaija ddeskriva armi tal-gwerra li jinbidlu f’għodod tal-bdiewa. Dan juri li n-nies taʼ Ġeħova kienu se jfittxu l-paċi. X’kienu dawn l-għodod fi żmien Isaija? |
“Jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet” |
1 Is-sikka tal-moħriet kienet il-parti tal-moħriet li tagħmel radda fil-wiċċ tal-ħamrija. Xi sikek kienu magħmulin mill-metall.—1Sa 13:20. |
‘Lanez fi skieken taż-żabra’ |
2 Sikkina taż-żbir probabbilment kienet forma taʼ minġel b’xafra tal-metall imwaħħla maʼ manku. Din l-għodda kienet tintuża biex jiżbru d-dwieli.—Is 18:5. |