LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb20 April p. 7
  • “Neħħu l-Allat Barranin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Neħħu l-Allat Barranin”
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Materjal Simili
  • Aċċetta l-għajnuna taʼ Ġeħova biex tirreżisti spirti mill-agħar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • X’tgħallem il-​Bibbja dwar l-​ispiritiżmu?
    Stenbaħ!—2017
  • Agħti devozzjoni esklużiva lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Ġakobb u Għesaw jagħmlu paċi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
mwb20 April p. 7
Raġel jarmi ġiżirana li għandha x’taqsam mal-ispiritiżmu.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Neħħu l-Allat Barranin”

Ġakobb kien jaf li Ġeħova jistħoqqlu devozzjoni esklużiva, għalkemm Hu kien għadu ma ta l-​ebda liġi kontra l-​idolatrija. (Eżo 20:3-5) Allura, wara li Ġeħova qallu jmur lura Betel, Ġakobb qal lil kulħadd biex ineħħi l-​idoli tiegħu. Ġakobb imbagħad ħeles mill-​idoli, inkluż imsielet, li setgħu kienu jintlibsu bħala protezzjoni. (Ġen 35:1-4) Bla dubju, Ġeħova kien kuntent b’dak li għamel Ġakobb.

Fi żmienna, kif nistgħu nagħtu devozzjoni esklużiva lil Ġeħova? Ħaġa importanti li għandna nagħmlu hi li nevitaw kwalunkwe ħaġa li għandha x’taqsam mal-​idolatrija jew l-​ispiritiżmu. Dan jinkludi li neħilsu minn kwalunkwe oġġett li għandu x’jaqsam mal-​okkult u li neżaminaw id-​divertiment tagħna sew. Pereżempju, staqsi lilek innifsek: ‘Nieħu pjaċir b’kotba jew films li fihom affarijiet bħal vampiri, zombies, jew is-​sopranaturali? Id-​divertiment tiegħi jagħmel il-​maġija, il-​magħmul, jew is-​saħta jidhru bħala li mhumiex taʼ ħsara?’ Aħna għandna noqogħdu ’l bogħod minn kull ħaġa li Ġeħova jobgħod.—Sa 97:10.

ARA L-​VIDJOW “OPPONU LIX-​XITAN,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Tarbija fuq sodda, b’amulet maʼ idha. Fuq wara, omm it-tarbija, li hi studenta tal-Bibbja, qed titkellem mal-koppja li jistudjaw il-Bibbja magħha.

    Xi problema nqalgħet lil studenta tal-​Bibbja jisimha Palesa?

  • Il-koppja u l-istudenta tal-Bibbja tagħhom jiltaqgħu mal-anzjani biex jieħdu l-għajnuna.

    Għala jkun għaqli li titlob l-​għajnuna tal-​anzjani jekk int, xi ħadd li taf, jew li tistudja miegħu għandu xi problema bl-​ispiritiżmu?

  • L-istudenta tal-Bibbja taħraq l-amulet tat-tarbija fil-forn.

    Opponi lix-Xitan, u ersaq qrib lejn Alla.—Ġk 4:7, 8

    Jekk irridu l-​protezzjoni taʼ Ġeħova, liema affarijiet għandna bżonn neħilsu minnhom?

  • Liema deċiżjoni ħadet Palesa?

  • B’liema modi tistaʼ tevita l-​influwenza tad-​demonji fejn tgħix int?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja