LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb20 Ġunju p. 8
  • Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Materjal Simili
  • Eżempji taʼ konversazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Kif Tuża l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
  • Kif nibdew konversazzjonijiet bil-fuljetti
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Eżempji taʼ Konversazzjonijiet
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
mwb20 Ġunju p. 8

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Konversazzjonijiet

Minn Jannar tal-​2018, fuq l-​ewwel paġna tal-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa—Il-​Ħajja u l-​Ministeru Kristjan Tagħna, bdew jidhru l-​eżempji taʼ konversazzjonijiet. Kif nistgħu nużawhom?

Oħt qed tagħti taħdita fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa.

Meta l-​Istudenti Jkollhom Xi Inkarigu: Int għandek tuża l-​mistoqsija, l-​iskrittura, u l-​mistoqsija għall-​konversazzjoni li jmiss mill-​eżempju taʼ konversazzjoni. Madankollu, dan ma jfissirx li għandek tgħid il-​kliem eżatt li ntuża fil-​vidjow tal-​eżempju taʼ konversazzjoni. Tistaʼ tuża sitwazzjoni, introduzzjoni, u raġunar differenti. Tistaʼ wkoll toffri pubblikazzjoni mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim tagħna, anki jekk dan ma jissemmiex fl-​istruzzjonijiet għat-​taħdita.

L-istess oħt taqra skrittura lil mara waqt l-ippritkar.

Meta Nkunu fil-​Ministeru: L-​eżempji taʼ konversazzjonijiet qegħdin biex jagħtuna ideat li jgħinuna. Jekk persuna turi interess sinċier u tkun trid taf iżjed, tistaʼ tkompli bil-​konversazzjoni, forsi billi tuża dak li hemm miktub għaż-​żjara lura. Tistaʼ tirranġa l-​eżempji taʼ konversazzjonijiet jew tuża xi ħaġa totalment differenti. Jistaʼ suġġett mix-​xahar taʼ qabel jew skrittura differenti tinteressa iktar lin-​nies fit-​territorju? In-​nies fejn toqgħod int iħobbu jitkellmu iżjed fuq xi ħaġa li għadha kif ġrat jew xi ħaġa fl-​aħbarijiet? Tagħżel x’tagħżel mill-​eżempji taʼ konversazzjonijiet, il-​mira tiegħek għandha tkun li ‘tagħmel kollox minħabba l-​aħbar tajba, biex taqsam dan il-​messaġġ m’oħrajn.’—1Ko 9:22, 23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja