GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif nibdew konversazzjonijiet bil-fuljetti
Minn Jannar tal-2018 ’il hawn, l-ewwel paġna tal-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna kien fiha eżempji taʼ konversazzjonijiet. Ġejna mħeġġin biex niffokaw fuq li naqbdu konversazzjoni man-nies u mhux sempliċement noffrulhom il-letteratura. Sabiex il-pubblikaturi jiġu megħjunin jadattaw il-metodu tagħhom, il-vidjows bl-eżempji taʼ konversazzjonijiet urew kif tinbeda konversazzjoni billi tintuża biss il-Bibbja. Madankollu, ifisser dan li m’għandniex nużaw letteratura meta nippritkaw minn dar għal dar? Lanqas xejn! Pereżempju, il-fuljetti jistgħu jkunu effettivi biex tinbeda konversazzjoni. Nistgħu nużaw dan il-metodu li ġej meta nużaw kwalunkwe wieħed mill-fuljetti:
Staqsi l-mistoqsija b’għażla taʼ tweġibiet li hemm fuq quddiem.
Uri t-tweġiba tal-Bibbja billi tuża l-iskrittura(i) fin-naħa taʼ fuq tat-tieni paġna. Jekk il-ħin jippermetti, aqra u ddiskuti xi informazzjoni minn ġol-fuljett.
Agħti l-fuljett lill-inkwilin, u ħeġġu biex meta jkun jistaʼ jkompli jaqrah.
Qabel titlaq, urih il-mistoqsija “Aħseb dwar dan” u ftiehem biex darb’oħra tiddiskutu t-tweġiba mill-Bibbja.
Meta terġaʼ tmur, iddiskuti t-tweġiba u staqsi mistoqsija oħra biex tiddiskutiha d-darba li jmiss. Tistaʼ tagħżel mistoqsija mill-websajt tagħna jew mill-pubblikazzjoni li tissemma fil-paġna taʼ wara. Meta jkun il-mument xieraq, introduċi l-browxer Aħbar Tajba Mingħand Alla! jew pubblikazzjoni oħra li tintuża għall-istudju minn ġol-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim