TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 8-9
Il-Fargħun Kburi Ma Rrealizzax li Kien Qed Jgħin Biex Jitwettaq l-Iskop t’Alla
Il-fargħunijiet Eġizzjani kienu jqisu lilhom infushom bħal allat. Dan jgħinna nifhmu għala l-Fargħun kien kburi wisq biex jismaʼ minn Mosè u Aron u saħansitra mill-qassisin tiegħu li kienu jipprattikaw il-maġija.
Tismaʼ int meta oħrajn jissuġġerixxu xi ħaġa? Tapprezza meta xi ħadd jagħtik parir? Jew tħoss li dejjem għandek raġun? “Qabel tisbita jkun hemm il-kburija.” (Pr 16:18) Kemm hu importanti li ma nkunux kburin!