GĦIX BĦALA KRISTJAN
Aħna Nistgħu Nkunu Kuraġġużi
Persuna kuraġġuża żżomm sod u ma żżommx lura. Ma jfissirx li persuna qatt ma tibżaʼ. Minflok, ifisser li tagħmel xi ħaġa avolja tkun qed tibżaʼ. Aħna nistgħu nkunu kuraġġużi jekk nistrieħu fuq Ġeħova, is-Sors tal-kuraġġ veru. (Sa 28:7) Iż-żgħażagħ kif jistgħu juru kuraġġ?
ARA L-VIDJOW IMITA LIL DAWK KURAĠĠUŻI U MHUX LILL-BEŻŻIEGĦA! U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Iż-żgħażagħ f’liema sitwazzjonijiet diffiċli għandhom juru l-kuraġġ?
Liema rakkonti mill-Bibbja jgħinuna nkunu kuraġġużi?
Meta nuru kuraġġ kif jistaʼ jgħin lilna u lil dawk li qed jarawna?