LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb21 Settembru pp. 3-16
  • Uża “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!” fil-Ministeru Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uża “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!” fil-Ministeru Tiegħek
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Materjal Simili
  • Kif Tagħmel Studju tal-Bibbja bil-Ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!”
    L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli
  • Għin lill-Istudent tal-Bibbja Tiegħek Isir Dixxiplu Mgħammed
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—L-Ewwel Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
mwb21 Settembru pp. 3-16
Koppja jużaw il-browxer “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!” biex jitkellmu maʼ raġel fuq l-istejġ tal-karozza tal-linja.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uża Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! fil-Ministeru Tiegħek

Kemm aħna eċitati bil-browxer u l-ktieb il-ġodda biex nikkonduċu l-istudji tal-Bibbja! Aħna nitolbu lil Ġeħova biex ibierek l-isforzi tagħna ħalli nagħmlu ħafna iktar dixxipli. (Mt 28:18-20; 1Ko 3:6-9) Kif se nużaw l-għodda l-ġdida?

Il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! jippreżenta mod ġdid kif ngħallmu f’forma taʼ diskussjoni. Segwi dawn il-linji gwida ġenerali meta tipprepara u tikkonduċi l-istudji tal-Bibbja.a

  • Aqra l-materjal u ddiskuti l-mistoqsijiet

  • Aqra l-iskritturi li fihom “aqra,” u għin lill-istudent jifhem kif japplikahom

  • Ara u ddiskuti l-vidjows billi tuża l-mistoqsijiet provduti

  • Ipprova lesti kull lezzjoni fi studju wieħed

Fil-ministeru, l-ewwel offri l-browxer biex tkun taf kemm persuna hi interessata. (Ara l-kaxxa “Kif Toffri l-Browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! fl-Ewwel Konversazzjoni.”) Jekk tispiċċa l-istudju fuq il-browxer mal-istudent u dan ikun irid ikompli, imbagħad offri l-ktieb u ibda minn lezzjoni 04. Jekk tkun diġà qed tistudja maʼ xi ħadd il-ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? jew il-ktieb Ibqaʼ fl-imħabba t’Alla, aqleb għall-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! u ddeċiedi minn fejn tibda.

L-istess koppja jużaw il-ktieb “Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!” biex jikkonduċu studju tal-Bibbja mar-raġel fid-dar tiegħu.

ARA L-VIDJOW NIEĦDU PJAĊIR NISTUDJAW IL-BIBBJA MIEGĦEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’se jitgħallmu l-istudenti mill-ktieb il-ġdid?

  • Għala għandek turi dan il-vidjow lil studenti ġodda?

  • Minn żmien għal żmien, liema miri għandek tinkuraġġixxi lill-istudent jagħmel u jilħaq?—Ara ċ-ċart “‘X’Se Titgħallem?ʼ u ‘Ipprova Danʼ f’Kull Parti”

a NOTA: Għalkemm mhux bilfors tgħaddi l-materjal tal-kaxxa “Ara Iżjed,” ħu l-ħin biex taqra jew tara kollox waqt li tipprepara. Imbagħad, se tkun taf dak li speċjalment jistaʼ jogħġob lill-istudent tiegħek u jgħinu. Il-verżjoni elettronika tinkludi links għall-vidjows u materjal addizzjonali.

“X’SE TITGĦALLEM?” U “IPPROVA DAN” F’KULL PARTI

 

LEZZJONIJIET

X’SE TITGĦALLEM?

IPPROVA DAN

1

01-12

Se tara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek u kif tistaʼ ssir taf min kitibha

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jaqra l-Bibbja, jipprepara għall-istudju, u jibda jattendi l-laqgħat

2

13-33

Ara x’għamel Alla għalina u kif għandna naqduh b’mod li jogħġbu

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jitkellem m’oħrajn dwar il-verità u biex isir pubblikatur

3

34-47

Se tara x’jistenna Alla mingħand dawk li jaqduh

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jiddedika ħajtu lil Ġeħova u jitgħammed

4

48-60

Se titgħallem kif tibqaʼ tħobb lil Alla

Għallem lill-istudent kif jagħraf it-tajjeb mill-ħażin u biex isaħħaħ il-ħbiberija tiegħu ma’ Ġeħova

KIF TOFFRI L-BROWXER GĦIX ĦAJJA FERĦANA GĦAL DEJJEM! FL-EWWEL KONVERSAZZJONI

L-istess bħall-fuljetti, l-aħħar paġna tal-browxer fiha mistoqsija li tqajjem l-interess. Ipprova dan li ġej:

  • Saqsi l-mistoqsija

  • Aqra t-tweġiba tal-Bibbja f’Salm 37:29

  • Iddiskuti l-punti taħt “Dan Kif Se Jgħinek?” Jekk il-ħin jippermetti, aqra l-iskritturi u iġbed l-attenzjoni għall-istampi

  • Offri li twieġeb il-mistoqsija li tkun fin-naħa t’isfel tal-paġna u ibda ddiskuti l-ewwel lezzjoni

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja