LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp22 Nru. 1 pp. 6-7
  • 1 | Kun Imparzjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 1 | Kun Imparzjali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Tgħallem il-​Bibbja:
  • Xi Jfisser:
  • X’Tistaʼ Tagħmel:
  • Titu—“Ħaddiem Miegħi Għalikom”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • 3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Kif Tistaʼ Twaqqaf iċ-Ċiklu tal-Mibegħda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
wp22 Nru. 1 pp. 6-7
Raġel iswed iżomm ritratt taʼ raġel abjad jitbissem. U raġel abjad iżomm ritratt taʼ raġel iswed jitbissem. Fuq wara hemm ritratti taʼ nies irrabjati.

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

1 | Kun Imparzjali

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.”—ATTI 10:34, 35.

Xi Jfisser:

Alla Ġeħovaa ma jiġġudikaniex skont in-​nazzjonalità, ir-​razza, il-​kulur tal-​ġilda, jew il-​kultura. Minflok hu jiffoka fuq dak li hu verament importanti—il-​ħsibijiet u x-​xewqat tagħna. Il-​Bibbja tgħid ukoll: “Il-​bniedem jara dak li jidher f’għajnejh; imma Ġeħova jara l-​qalb.”—1 Samwel 16:7.

X’Tistaʼ Tagħmel:

Għalkemm ma nistgħux naqraw il-​qlub, nistgħu nipprovaw nimitaw lil Alla u nkunu imparzjali. Qis lil dak li jkun bħala bniedem individwali u mhux parti minn grupp. Jekk qed tħoss li għandek sentimenti negattivi lejn xi ħadd—forsi għax hu taʼ razza jew nazzjonalità oħra—itlob lil Alla biex ma tibqax tħossok hekk. (Salm 139:23, 24) Jekk b’mod sinċier titlob lil Ġeħova biex jagħtik l-​għajnuna ħalli tkun imparzjali, tistaʼ tkun ċert li se jismaʼ t-​talba tiegħek u jgħinek.—1 Pietru 3:12.

a Ġeħova huwa l-​isem personali t’Alla.—Salm 83:18.

“Qatt ma kont qgħadt bilqiegħda maʼ xi ħadd abjad mingħajr maʼ niġġieled . . . Issa sirt parti minn familja internazzjonali li vera jħobbu lil xulxin.”—TITUS

Esperjenza​—TITUS

Irnexxielu Jegħleb il-​Mibegħda

Titus.

Titus ħassu rrabjat ħafna minħabba ċerti liġijiet razzjali inġusti. Allura sar membru taʼ grupp vjolenti. Hu jgħid: “Konna mmorru f’postijiet bħal lukandi u ħwienet fejn is-​suwed ma kinux milqugħin sempliċiment biex naqilgħu ġlieda.” Titus jammetti li kien jaġixxi hekk għax kien mimli mibegħda. Hu jkompli jgħid: “Jekk kont nispiċċa f’argument maʼ xi ħadd, dejjem kont inkun l-​ewwel wieħed li nagħti l-​ewwel daqqa.”

Titus beda jinbidel meta beda jistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​Bibbja ġegħlitu jaħsibha b’mod differenti. L-​iktar ħaġa li laqtitu kienet il-​wegħda li trid isseħħ dwar dinja fejn “ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—Rivelazzjoni 21:3, 4.

Fil-​bidu Titus sabha diffiċli biex jieqaf jobgħod lil oħrajn. Hu qal: “Kien diffiċli ħafna biex inbiddel kif kont naħseb u naġixxi.” Imma Atti 10:34, 35 għenu ħafna meta tgħallem li Alla hu imparzjali.

X’kien ir-​riżultat? Titus spjega: “Meta rajt l-​imħabba li kellhom bejniethom, jien kont konvint li x-​Xhieda taʼ Ġeħova kellhom ir-​reliġjon vera. Għalihom ma kinitx tagħmel differenza r-​razza u l-​kulur. Pereżempju, qabel ma tgħammidt bħala Xhud, ħu abjad mill-​kongregazzjoni stidinni d-​dar tiegħu għal ikla. Ma stajtx nemmen. Kienet qisha ħolma. Qatt ma kont qgħadt bilqiegħda maʼ xi ħadd abjad mingħajr maʼ niġġieled, aħseb u ara niekol ikla għandu. Issa sirt parti minn familja internazzjonali li vera jħobbu lil xulxin.”

Tistaʼ taqra iżjed dwar l-​istorja taʼ Titus f’It-​Torri tal-​Għassa tal-​1 t’Ottubru 2009, paġni 28-​29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja