LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w23 Frar p. 31
  • Huma Ħassew l-Imħabba tal-Kongregazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma Ħassew l-Imħabba tal-Kongregazzjoni
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Materjal Simili
  • Tikek li Jbiddlu l-​Ħajjiet
    Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Louis Braille—Jagħti d-Dawl lil Priġunieri tad-Dlam
    Stenbaħ!—2000
  • Poplu Onest Iġib Tifħir lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-ħajja mingħajr il-vista
    Stenbaħ!—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
w23 Frar p. 31

[mix-xellug għal-lemin] Marcelo, Yomara, u Hiver. F’idejhom għandhom Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tal-braille bl-Ispanjol

Huma Ħassew l-Imħabba tal-Kongregazzjoni

YOMARA u ħutha, Marcelo u Hiver, jgħixu f’villaġġ żgħir il-Gwatemala. Yomara bdiet tistudja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova u maż-żmien anki ħutha bdew jistudjaw. Imma kien hemm problema. It-tlieta huma persuni neqsin mid-dawl u ma jafux jaqraw bil-braille. Allura l-ħu li kien jistudja magħhom kien jaqra l-paragrafi u l-versi mill-Bibbja.

Kien diffiċli għalihom biex imorru l-laqgħat. L-iktar Sala tas-Saltna viċin kienet 40 minuta ’l bogħod u huma ma setgħux imorru weħidhom. Imma l-aħwa fil-kongregazzjoni għenuhom biex imorru l-laqgħat. Meta Yomara u ħutha beda jkollhom parti fil-laqgħa, l-aħwa kienu jgħinuhom jitgħallmu x’se jgħidu bl-amment.

F’Mejju tal-2019 beda jkollhom il-laqgħat fil-villaġġ tagħhom. Sadanittant fil-villaġġ marru joqogħdu koppja pijunieri regolari. Huma ma kinux jafu jiktbu u jaqraw il-braille imma xtaqu jgħallmu lil Yomara u ħutha. Allura ġabu xi kotba dwar il-braille mil-librerija biex ikunu jistgħu jgħinuhom.

Marcelo jikkummenta waqt laqgħa

Fi ftit xhur it-tliet aħwa setgħu jaqraw bil-braille u setgħu jagħmlu progress fil-verità.a Issa Yomara, Marcelo, u Hiver huma pijunieri regolari. Marcelo jaqdi bħala qaddej ministerjali. Huma tant jaħdmu biex jaqdu lil Ġeħova li jinkuraġġixxu aħwa oħrajn biex jagħmlu bħalhom.

Dawn it-tliet aħwa japprezzaw l-imħabba li juruhom l-aħwa fil-kongregazzjoni. Yomara qalet: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova wrewna mħabba vera minn meta ltqajna magħhom l-ewwel darba.” U Marcelo jgħid: “Aħna għandna ħbieb tajbin fil-kongregazzjoni u familja magħquda mad-dinja kollha.” Yomara u ħutha jħarsu ’l quddiem għal meta Ġeħova jagħmel id-dinja ġenna.—Salm 37:10, 11; Is. 35:5.

a Il-browxer Tgħallem Aqra l-Braille magħmul biex jgħin lil xi ħadd nieqes mid-dawl jitgħallem jaqra u jikteb bil-braille.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja