LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Ottubru p. 30
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Materjal Simili
  • Is-Sultan David u l-Mużika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-Mużika—Rigal Mogħti Minn Alla lill-QALB
    Stenbaħ!—2008
  • Mużika li Togħġob ’l Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Tagħmel differenza liema mużika nagħżel li nismaʼ?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Ottubru p. 30
Mużiċisti Iżraelin idoqqu t-trumbetta, l-arpa u jkantaw biex iqimu lil Ġeħova.

Kont Taf?

Il-mużika kemm kienet importanti għall-Iżraelin?

IL-MUŻIKA kienet importanti ħafna għall-Iżraelin. Il-Bibbja ssemmi ħafna nies li kienu jdoqqu l-istrumenti jew ikantaw. Fiha nsibu wkoll ħafna għanjiet bħal fil-kotba tas-Salmi, l-Għanja taʼ Salamun u Lamentazzjonijiet. Ktieb li jitkellem dwar kif kienet il-ħajja fi żmien il-Bibbja qal li l-Iżraelin kienu jużaw il-mużika f’ħafna affarijiet.

Il-mużika fil-ħajja taʼ kuljum. L-Iżraelin kienu jdoqqu u jkantaw biex juru kif kienu qed iħossuhom. (Isa. 30:29) In-nisa kienu jdoqqu t-tanburlini, ikantaw u jiżfnu meta kien ikollhom re ġdid, jirbħu gwerra jew ikollhom xi festa għal Ġeħova. (Imħ. 11:34; 1 Sam. 18:​6, 7; 1 Slat. 1:​39, 40) L-Iżraelin kienu jkantaw ukoll għanjiet biex juru kemm kienu mdejqin, bħal meta kien imut xi ħadd. (2 Kron. 35:25) Dan kollu jurina li l-Iżraelin kienu jħobbu ħafna l-mużika.

Ir-rejiet t’Iżrael kienu jħobbu l-mużika. Ir-Re Sawl qal lil David biex imur idoqq l-arpa fil-palazz tiegħu. (1 Sam. 16:​18, 23) Iktar tard meta David sar re, kien ivvinta xi strumenti, kiteb għanjiet sbieħ u organizza l-orkestra biex iddoqq fit-tempju taʼ Ġeħova. (2 Kron. 7:6; Għam. 6:5) Ir-Re Salamun fil-palazz kellu kantanti nisa u rġiel.—Ekk. 2:8.

L-Iżraelin kienu jużaw il-mużika biex iqimu lil Ġeħova. Fil-fatt fit-tempju taʼ Ġerusalemm kien hemm 4,000 mużiċist. (1 Kron. 23:5) Huma kienu jdoqqu ċ-ċimbali, strumenti tal-korda u trumbetti. (2 Kron. 5:12) Imma mhux dawn il-mużiċisti bravi biss kienu jqimu lil Ġeħova bil-mużika. Ħafna Iżraelin kienu jkantaw l-Għanjiet tat-Tlajjaʼ huma u sejrin Ġerusalemm għall-festi. (Slm. 120-134) U skont xi kotba tal-istorja Lhud, l-Iżraelin kienu jkantaw xi Salmia waqt l-Ikla tal-Qbiż.

Il-mużika għadha importanti għan-nies taʼ Ġeħova llum. (Ġak. 5:13) Aħna nkantaw biex infaħħru lil Ġeħova. (Efes. 5:19) Il-mużika tgħaqqad l-aħwa kollha. (Kol. 3:16) Meta nisimgħu jew inkantaw għanjiet dwar Ġeħova nħossuna inkuraġġiti u nkunu nistgħu nissaportu l-problemi. (Atti 16:25) Il-mużika hi mod kif nuru li għandna fidi f’Ġeħova u kemm inħobbuh.

a L-Iżraelin kienu jkantaw Salmi 113 sa 118 biex ifaħħru lil Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja