LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp25 Nru. 1 pp. 4-5
  • Kif Jaffettwawna l-Gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Jaffettwawna l-Gwerer
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • Materjal Simili
  • Kif Se Jispiċċaw il-Gwerer
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • Il-gwerer
    Stenbaħ!—2017
  • Għala Jibqaʼ Jkun Hawn il-Gwerer?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2025
wp25 Nru. 1 pp. 4-5
Grupp taʼ stampi: 1. Suldat qed jimxi f’għalqa u warajh hemm tank tal-gwerra. 2. Ħafna rġiel, nisa, u tfal taʼ nazzjonalità differenti qed jiġu affettwati mill-gwerra.

Kif Jaffettwawna l-Gwerer

“Mit-Tieni Gwerra Dinjija ʼl hawn, id-dinja rat l-akbar numru taʼ gwerer, u wieħed minn kull erbaʼ persuni fid-dinja qed jgħixu f’post fejn hemm gwerra.”

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Amina J. Mohammed, 26 taʼ Jannar 2023.

Gwerra tistaʼ tibda kullimkien anki f’pajjiżi li bħalissa m’hemmx problemi. Imma anki nies li mhux qed jgħixu f’pajjiżi fejn hemm gwerra jistgħu jiġu affettwati. Meta tieqaf gwerra, l-effetti tagħha jibqgħu jinħassu għal ħafna żmien. Ejja naraw xi eżempji:

  • Stampa żgħira li fiha hemm żewġ idejn qed iżommu bowl vojta.

    Il-gwerra ġġib il-ġuħ. Skont il-World Food Programme, “il-problema prinċipali li twassal għall-ġuħ hi l-gwerra. Ħafna nies li m’għandhomx biżżejjed ikel qed jgħixu f’pajjiżi fejn hemm il-gwerra.”

  • Stampa żgħira taʼ mara mdejqa li qed tgħatti wiċċha.

    Il-gwerra ġġib problemi taʼ saħħa fiżika u mentali. Meta jkun jidher li tistaʼ tinqalaʼ gwerra, in-nies li jkunu jgħixu f’dak il-post jaf iħossu ħafna stress u ansjetà. Dawk li jgħixu f’postijiet fejn hemm il-gwerra, għandhom iktar ċans li jweġġgħu u li jkollhom problemi taʼ saħħa mentali. Però, minħabba l-gwerra jkun diffiċli għalihom biex jirċievu l-kura li jkollhom bżonn.

  • Stampa żgħira taʼ familja li qed iġorru basktijiet kbar bl-affarijiet personali tagħhom.

    Il-gwerra ġġiegħel lin-nies jitilqu minn djarhom. Skont il-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati, minn Settembru tal-2023, iktar minn 114-il miljun persuna madwar id-dinja kienu mġiegħla jitilqu minn djarhom. Il-problema prinċipali għal din il-kriżi kienet il-gwerra.

  • Stampa żgħira taʼ familja li qegħdin quddiem id-dar żgħira tagħhom.

    Il-gwerra ġġib problemi taʼ flus. Spiss, meta jkun hemm gwerra f’pajjiż, ikun hemm problemi fl-ekonomija. Pereżempju, il-prezzijiet tal-affarijiet jaf jogħlew ħafna iktar. In-nies jaf ibatu minħabba li l-gvern jonfoq ħafna flus fl-armamenti tal-gwerra, li dawn is-soltu jintużaw għas-saħħa u l-edukazzjoni tan-nies. U l-ispejjeż biex titranġa l-ħsara kbira li tkun saret ikunu kbar ħafna.

  • Stampa żgħira taʼ pajp kbir li ħiereġ iż-żejt minnu.

    Il-gwerra tagħmel ħsara lill-ambjent. In-nies ibatu meta l-affarijiet tal-pajjiż li jkunu jiddependu minnhom jinqerdu. Peress li l-ilma, l-arja, u l-ħamrija ma jkunux nodfa, il-mard jistaʼ jiżdied ħafna iktar. U anki wara l-gwerra, in-nies jistgħu jmutu minħabba xi bombi moħbijin taħt l-art.

Mingħajr ebda dubju, il-gwerer jagħmlu ħafna ħsara u jiswew ħafna flus.

Dak li Tgħid il-Bibbja Dwar il-Gwerer

Fil-Bibbja, Ġesù qal li matul dan iż-żmien li qed ngħixu fih, jew matul “it-tmiem taʼ din id-dinja” se jkun hawn il-gwerer. (Mattew 24:3) Ġesù qal minn qabel:

  • “Se tisimgħu bi gwerer f’postijiet differenti. . . . Se jkun hemm il-ġlied bejn poplu u ieħor u bejn pajjiż u ieħor.”—Mattew 24:​6, 7.

  • “Meta tisimgħu bi gwerer u diffikultajiet, tibżgħux.”—Luqa 21:9.

    Il-kelma “diffikultajiet” tistaʼ tirreferi għal affarijiet bħal protesti vjolenti u nies jiġġieldu kontra xulxin minħabba l-politika u biex jirribellaw kontra l-gvern.

Biex titgħallem iktar, aqra l-artiklu “X’Inhu s-Sinjal tal-‘Aħħar Jiem,’ jew ‘Żmien it-Tmiem’?” fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja