LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 86
  • Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Sinjal taʼ “l-aħħar jiem”
  • Għandna tama
  • 2023: Sena Mimlija Anzjetà—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Min Se Jsalva lill-Innoċenti fil-Gwerer?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Tama Sabiħa għas-Sena 2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 86
Mara u t-tifel tagħha qed jimxu fi triq mgħerqa bl-ilma.

Photo by Zhai Yujia/China News Service/VCG via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?

Madwar id-dinja, ħafna nies qed jiffaċċjaw għargħar tal-biżaʼ. Ara x’qalu dawn ir-rapporti:

  • “Dan l-aħħar, fil-belt kapitali taċ-Ċina, niżel l-iżjed ammont taʼ xita minn tal-inqas f’dawn l-aħħar 140 sena. Bejn is-Sibt u l-Erbagħa kien hemm 744.8 millimetri taʼ xita.”—AP News, 2 t’Awwissu 2023.

  • “Il-Ħamis kienet it-tieni ġurnata li l-uragan Khanun ġab xita kbira u riħ qawwi fin-naħa t’isfel tal-Ġappun. Minħabba f’hekk, mietu minn tal-inqas tnejn minn nies. . . . Hu mistenni li minħabba dan il-maltemp se jkun hemm 0.6 metri taʼ xita fiċ-ċentru muntanjuż tat-Tajwan.”—Deutsche Welle, 3 t’Awwissu 2023.

  • “Fil-weekend kien hemm għargħar kbar f’Nova Scotia. Dan kien minħabba li għamlet l-iktar xita qawwija f’dawn l-aħħar 50 sena fin-naħa tal-Atlantiku tal-Kanada.”—BBC News, 24 taʼ Lulju 2023.

Il-Bibbja x’tgħid dwar dawn l-affarijiet?

Sinjal taʼ “l-aħħar jiem”

Il-Bibbja turina li aħna qed ngħixu fi żmien li jissejjaħ “l-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Ġesù qal li matul iż-żmien li qed ngħixu fih aħna se naraw “affarijiet tal-biżaʼ.” (Luqa 21:11) Il-bidla fil-klima hi r-raġuni prinċipali għala qed naraw temp tal-biżaʼ li qed ikun iktar spiss, iktar estrem, u iktar diffiċli biex ikunu jafu kif se jkun it-temp.

Għandna tama

Il-Bibbja tgħidilna li dawn l-affarijiet tal-biżaʼ li qed jiġru bħalissa, jagħtuna tama. Għala? Ġesù qal: “Meta taraw dawn l-affarijiet jiġru, kunu afu li s-Saltna t’Alla hi qrib.”—Luqa 21:31; Mattew 24:3.

L-affarijiet li qed naraw bħalissa juru li s-Saltna t’Alla dalwaqt se jkollha kontroll fuq il-forzi naturali tad-dinja, inkluż iċ-ċiklu tal-ilma.—Ġob 36:27, 28; Salm 107:29.

Biex titgħallem iktar dwar kif is-Saltna t’Alla se tirranġa l-ħsara li saret lid-dinja, ara l-artiklu “Who Will Save the Earth?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja