LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mrt artiklu 99
  • 2023: Sena Mimlija Anzjetà—X’Tgħid il-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2023: Sena Mimlija Anzjetà—X’Tgħid il-Bibbja?
  • Iktar Suġġetti
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’tgħid il-Bibbja u x’qed jiġri fid-dinja
  • X’nistgħu nistennew fl-2024?
  • Terremoti Qawwijin Jolqtu t-Turkija u s-Sirja—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
  • Min Se Jsalva lill-Innoċenti fil-Gwerer?—X’Tgħid il-Bibbja?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
Iktar Suġġetti
mrt artiklu 99
Grupp taʼ stampi: Ir-riżultat taʼ xi diżastri. 1. Karozza maħruqa fi triq abbandunata ġo villaġġ fejn hemm gwerra. 2. Tfajla li qed tħossha mdejqa. 3. Mara u tifel mixjin fi triq mgħerrqa. 4. Dak li fadal minn binja li waqgħet. 5. Mara liebsa maskla u tħares barra mit-tieqa.

Top left: Marek M. Berezowski/​Anadolu Agency via Getty Images; bottom left: Halfpoint Images/​Moment via Getty Images; center: Zhai Yujia/​China News Service/​VCG via Getty Images; top right: Ismail Sen/​Anadolu Agency via Getty Images; bottom right: E+/​taseffski/​via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

2023: Sena Mimlija Anzjetà​—X’Tgħid il-Bibbja?

Matul is-sena 2023, ġraw ħafna affarijiet madwar id-dinja li juru b’mod ċar li qegħdin ngħixu matul dak li l-Bibbja tiddeskrivi bħala “l-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Ara kif l-affarijiet li qed jiġru madwarna huma l-istess affarijiet li l-Bibbja qalet li se jiġru fi żmienna.

X’tgħid il-Bibbja u x’qed jiġri fid-dinja

“Gwerer f’postijiet differenti.”​—Mattew 24:6.

  • “Il-ġlied u l-vjolenza qed jiżdiedu f’ħafna postijiet fid-dinja.a

Ara l-artikli “Min Se Jsalva lill-Innoċenti fil-Gwerer?” u “World Military Spending Surpasses $2 Trillion.”

“Terremoti f’post wara l-ieħor.”​—Marku 13:8.

  • “Mill-bidu tas-sena 2023, madwar id-dinja kien hemm 13-il terremot b’qawwa taʼ iktar minn 7. Dan huwa wieħed mill-iżjed ammont għoli minn kemm ilhom jinżammu r-rekords.”b

Ara l-artiklu “Terremoti Qawwijin Jolqtu t-Turkija u s-Sirja.”

“In-nies se jaraw affarijiet tal-biżaʼ.”​—Luqa 21:11.

  • “Iż-żmien tal-global warming spiċċa, issa qegħdin fiż-żmien tal-global boiling.”​—António Guterres, is-Segretarju Ġenerali tal-ĠM.c

Ara l-artiklu “Sħana Estrema fis-Sajf tal-2023.”

“Nuqqas taʼ ikel.”​—Mattew 24:7.

  • “2023: Sena oħra mimlija anzjetà għal dawk li qed isibuha diffiċli biex jipprovdu ikel għall-familja tagħhom.”d

Ara l-artiklu “Global Food Crisis Fueled by War and Climate Change.”

“Żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.”​—2 Timotju 3:1.

  • “Madwar id-dinja, wieħed minn kull tmienja jbati b’xi tip taʼ saħħa mentali.”e

Ara l-artiklu “Jiżdiedu Problemi taʼ Saħħa Mentali fiż-Żgħażagħ.”

X’nistgħu nistennew fl-2024?

Ħadd ma jaf eżatt x’se jiġri fl-2024. Imma dak li qed jiġri fid-dinja bħalissa juri li dalwaqt ġejja s-Saltna t’Alla, jiġifieri l-gvern t’Alla fis-sema. Din se tmexxi minflok il-gvernijiet li hawn fuq l-art u se tneħħi kull ħaġa li ġġib it-tbatija u l-anzjetà.​—Danjel 2:44; Rivelazzjoni 21:4.

Sadanittant, meta nħossuna anzjużi, nistgħu nfittxu l-għajnuna mingħand Alla. Il-Bibbja tgħid:

“Meta nibżaʼ, nafda fik.”​—Salm 56:3.

Kif nistgħu nuru li nafdaw f’Alla? Ninkuraġġuk biex titgħallem iżjed dwar il-wegħda tal-Bibbja għal futur mingħajr tbatija. Prova studja l-Bibbja b’xejn biex tara kif il-wegħdi tal-Bibbja jistgħu jgħinu lilek u lill-familja tiegħek.

a Foreign Affairs, “A World at War: What Is Behind the Global Explosion of Violent Conflict?” by Emma Beals and Peter Salisbury, 30 t’Ottubru, 2023.

b Earthquake News, “Year 2023: Number of Major Earthquakes on Course for Record,” Mejju, 2023.

c United Nations, “Secretary-General’s Opening Remarks at Press Conference on Climate,” 27 taʼ Lulju, 2023.

d World Food Programme, “A Global Food Crisis.”

e World Health Organization, “World Mental Health Day 2023,” 10 t’Ottubru, 2023.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja